+Artikolu 1 Suġġett, kamp ta' applikazzjoni u eżenzjonijiet
---+Artikolu 1 1.
---+Artikolu 1 2.
---+Artikolu 1 4.
---+Artikolu 1 5.
---+Artikolu 1 6.
---+Artikolu 1 6a.
---+Artikolu 1 6b.
---+Artikolu 1 7.

Artikolu 1 Suġġett, kamp ta' applikazzjoni u eżenzjonijiet

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 1 1.
Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti għat-tfassil, l-approvazzjoni u d-distribuzzjoni tal-prospett li jrid jiġi ppubblikat meta titoli jiġu offruti lill-pubbliku jew jiġu ammessi għall-kummerċ f’suq regolat li jkun jinsab jew jopera fi Stat Membru.
Artikolu 1 2.

Dan ir-Regolament m’għandux japplika għat-tipi ta’ titoli li ġejjin:

(a) 

l-unitajiet maħruġa minn impriżi oħra għal investiment kollettiv għajr tat-tip tat-tmiem magħluq;

(b) 

it-titoli mingħajr ekwità maħruġa minn Stat Membru jew minn waħda mill-awtoritajiet reġjonali jew lokali ta’ Stat Membru, minn korpi internazzjonali pubbliċi li tagħhom ikunu membri Stat Membru jew iktar, mill-Bank Ċentrali Ewropew u mill-banek ċentrali tal-Istati Membri;

(c) 

l-ishma fil-kapital tal-banek ċentrali tal-Istati Membri;

(d) 

it-titoli garantiti mingħajr kondizzjonijiet u b’mod irrevokabbli minn Stat Membru jew minn waħda mill-awtoritajiet reġjonali jew lokali ta’ Stat Membru;

(e) 

it-titoli maħruġa minn assoċjazzjonijiet bi status legali jew korpi li ma jagħmlux profitt, rikonoxxuti minn Stat Membru, għall-finijiet li jinkiseb il-finanzjament meħtieġ sabiex jintlaħqu l-għanijiet tagħhom mingħajr skop ta’ profitt;

(f) 

ishma mhux funġibbli ta’ kapital li l-għan ewlieni tagħhom huwa li jipprovdi lid-detentur bi dritt li jokkupa appartament, jew għamla oħra ta’ proprjetà immobbli jew parti minnha u meta l-ishma ma jkunux jistgħu jinbiegħu lil ħaddieħor mingħajr ma jiskadi dan id-dritt;

Artikolu 1 4.

L-obbligu tal-pubblikazzjoni ta' prospett stabbilit fl-Artikolu 3(1) m'għandux japplika għal kwalunkwe wieħed mit-tipi li ġejjin ta' offerti ta' titoli lill-pubbliku:

(a) 

offerta ta' titoli indirizzata lil investituri kwalifikati biss;

(b) 

offerta ta' titoli indirizzata lil inqas minn 150 persuna fiżika jew ġuridika għal kull Stat Membru, għajr għal investituri kwalifikati;

(c) 

offerta ta’ titoli li d-denominazzjoni għal kull unità tagħhom tammonta għal tal-anqas EUR 100 000 ;

(d) 

offerta ta’ titoli indirizzata lil investituri li jiksbu titoli għal korrispettiv totali ta’ mill-inqas EUR 100 000 għal kull investitur, għal kull offerta separata;

▼M5

(da) 

offerta ta’ titoli li għandhom jiġu ammessi għall-kummerċ f’suq regolat jew f’suq tal-SMEs li qed jespandi u li huma funġibbli ma’ titoli diġà ammessi għall-kummerċ fl-istess suq, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(i) 

it-titoli jirrappreżentaw, fuq perjodu ta’ 12-il xahar, anqas minn 30 % tal-għadd ta’ titoli diġà ammessi għall-kummerċ fl-istess suq;

(ii) 

l-emittent tat-titoli ma jkunx soġġett għal proċeduri ta’ ristrutturar jew ta’ insolvenza;

(iii) 

dokument li fih l-informazzjoni stabbilita fl-Anness IX jiġi ddepożitat, f’format elettroniku, għand l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju u jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku f’konformità mal-arranġamenti stabbiliti fl-Artikolu 21(2) fl-istess ħin li fih jiġi ppreżentat lil dik l-awtorità kompetenti;

(db) 

offerta ta’ titoli funġibbli ma’ titoli li ġew ammessi għall-kummerċ f’suq regolat jew f’suq tal-SMEs li qed jespandi kontinwament għal tal-anqas it-18-il xahar ta’ qabel l-offerta tat-titoli l-ġodda, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(i) 

it-titoli offruti lill-pubbliku ma jinħarġux b’rabta ma’ akkwiżizzjoni permezz ta’ offerta ta’ skambju, fużjoni jew diviżjoni;

(ii) 

l-emittent tat-titoli ma jkunx soġġett għal ristrutturar jew għal proċeduri ta’ insolvenza;

(iii) 

dokument li fih l-informazzjoni stabbilita fl-Anness IX jiġi ddepożitat, f’format elettroniku, għand l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari u jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku f’konformità mal-arranġamenti stabbiliti fl-Artikolu 21(2) fl-istess ħin li fih jiġi ppreżentat lil dik l-awtorità kompetenti;

▼B

(e) 

l-ishma maħruġa minflok l-ishma tal-istess klassi diġà maħruġa, jekk il-ħruġ ta’ dawn l-ishma ġodda ma jinvolvi l-ebda żieda fil-kapital maħruġ;

(f) 

titoli offruti b’konnessjoni ma’ xiri permezz ta’ offerta ta’ skambju, bil-kondizzjoni li jsir disponibbli għall-pubbliku dokument f'konformità mal- arranġamenti stabbiliti fl-Artikolu 21(2), li jkun fih informazzjoni li tiddeskrivi t-transazzjoni u l-impatt tagħha fuq l-emittent;

(g) 

titoli offruti, assenjati jew li jridu jiġu assenjati b’konnessjoni ma’ fużjoni jew diviżjoni, bil-kondizzjoni li jsir disponibbli għall-pubbliku dokument f'konformità mal-arranġamenti stabbiliti fl-Artikolu 21(2), li jkun fih informazzjoni li tiddeskrivi t-transazzjoni u l-impatt tagħha fuq l-emittent;

(h) 

id-dividendi mħallsa lil azzjonisti eżistenti fl-għamla ta’ ishma tal-istess klassi bħall-ishma li fir-rigward tagħhom qed jitħallsu dawn id-dividendi, bil-kondizzjoni li jkun disponibbli dokument li jkun fih l-informazzjoni dwar l-għadd u n-natura tal-ishma u r-raġunijiet għall-offerta u d-dettalji dwarha;

(i) 

titoli offruti, allokati jew li jridu jiġu assenjati lil diretturi jew lil impjegati eżistenti jew preċedenti minn min jimpjegahom jew minn impriża affiljata bil-kondizzjoni li jkun disponibbli dokument li jkun fih l-informazzjoni dwar l-għadd u n-natura tat-titoli u r-raġunijiet u d-dettalji tal-offerta jew l-allokazzjoni;

(j) 

►M5  titoli mingħajr ekwità maħruġin b’manjiera kontinwa jew ripetuta mill-istituzzjoni ta’ kreditu, meta l-korrispettiv aggregat totali fl-Unjoni għat-titoli offruti jkun anqas minn EUR 150 000 000 għal kull istituzzjoni ta’ kreditu kkalkolat fuq perjodu ta’ 12-il xahar, dment li dawk it-titoli: ◄

(i) 

ma jkunux subordinati, konvertibbli jew skambjabbli; u

(ii) 

ma jagħtux id-dritt li jiġu sottoskritti jew miksuba tipi oħra ta’ titoli u li ma jkunux marbuta ma’ strument derivattiv;

▼M2

(k) 

offerta ta' titoli lill-pubbliku mingħand fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv awtorizzat skont ir-Regolament (UE) 2020/1503 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ), dment li din ma taqbiżx il-limitu stabbilit fil-punt (c) tal-Artikolu 1(2) ta' dak ir-Regolament.

▼M5 —————

Id-dokument imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-punt (da)(iii) u l-punt (db)(iii), għandu jkollu tul massimu ta’ 11-il naħa ta’ karta ta’ daqs A4 meta tiġi stampata, għandu jiġi ppreżentat u stabbilit b’mod li jkun faċli sabiex jinqara, bl-użu ta’ karattri ta’ daqs li jistgħu jinqraw u għandu jitfassal bil-lingwa uffiċjali tal-Istat Membru domiċiljari, jew tal-anqas b’waħda mil-lingwi uffiċjali tiegħu, jew b’lingwa oħra aċċettata mill-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru.

Il-korrispettiv aggregat totali tal-offerti ta’ titoli lill-pubbliku msemmijin fl-ewwel subparagrafu, il-punt (j), għandu jqis il-korrispettiv aggregat totali tal-offerti kollha għaddejjin ta’ titoli lill-pubbliku u offerti ta’ titoli lill-pubbliku li jkunu saru fit-12-il xahar qabel id-data tal-bidu ta’ offerta ġdida ta’ titoli lill-pubbliku, ħlief għal dawk l-offerti ta’ titoli lill-pubbliku li għalihom ġie ppublikat prospett jew li kienu soġġetti għal kwalunkwe eżenzjoni oħra mill-obbligu li jiġi ppubblikat prospett f’konformità mal-ewwel subparagrafu, jew skont l-Artikolu 3(2) jew skont l-Artikolu 3(2a).

Artikolu 1 5.

L-obbligu tal-pubblikazzjoni ta' prospett stabbilit fl-Artikolu 3(3) m’għandux japplika għall-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat ta’ kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

▼M5

(a) 

titoli funġibbli ma’ titoli diġà ammessi għall-kummerċ fl-istess suq regolat, bil-kondizzjoni li dawn jirrappreżentaw, fuq perjodu ta’ 12-il xahar, anqas minn 30 % tal-għadd ta’ titoli diġà ammessi għall-kummerċ fl-istess suq regolat;

(b) 

ishma li jirriżultaw mill-konverżjoni jew mill-iskambju ta’ titoli oħrajn jew mill-eżerċizzju tad-drittijiet konferiti minn titoli oħrajn, meta l-ishma li jirriżultaw ikunu tal-istess klassi bħall-ishma diġà ammessi għall-kummerċ fl-istess suq regolat, bil-kondizzjoni li l-ishma li jirriżultaw jirrappreżentaw, matul perjodu ta’ 12-il xahar, anqas minn 30 % tal-għadd ta’ ishma tal-istess klassi diġà ammessi għall-kummerċ fl-istess suq regolat, soġġett għat-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu;

(ba) 

titoli funġibbli ma’ titoli li ġew ammessi għall-kummerċ f’suq regolat kontinwament għal tal-anqas it-18-il xahar ta’ qabel l-ammissjoni għall-kummerċ tat-titoli l-ġodda, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(i) 

it-titoli li għandhom jiġu ammessi għall-kummerċ f’suq regolat ma jinħarġux b’rabta ma’ akkwiżizzjoni permezz ta’ offerta ta’ skambju, ta’ fużjoni jew ta’ diviżjoni;

(ii) 

l-emittent tat-titoli ma jkunx soġġett għal ristrutturar jew għal proċeduri ta’ insolvenza;

(iii) 

dokument li fih l-informazzjoni stabbilita fl-Anness IX jiġi ddepożitat, f’format elettroniku, għand l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju u jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku f’konformità mal-arranġamenti stabbiliti fl-Artikolu 21(2) fl-istess ħin li fih jiġi ppreżentat lil dik l-awtorità kompetenti;

▼B

(c) 

it-titoli li jirriżultaw mill-konverżjoni jew l-iskambju ta' titoli, fondi proprji jew obbligazzjonijiet eliġibbli oħra minn awtorità ta' riżoluzzjoni dovuti għall-eżerċizzju ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 53(2), 59(2) jew fl-Artikolu 63(1) jew (2) tad-Direttiva 2014/59/UE;

(d) 

ishma maħruġa minflok ishma tal-istess klassi diġà ammessi għall-kummerċ fl-istess suq regolat, meta l-ħruġ ta’ tali ishma ma jinvolvix xi żieda fil-kapital maħruġ;

(e) 

titoli offruti b’konnessjoni ma’ xiri permezz ta’ offerta ta’ skambju, bil-kondizzjoni li jsir disponibbli għall-pubbliku dokument f'konformità mal-arranġamenti stabbiliti fl-Artikolu 21(2), li jkun fih informazzjoni li tiddeskrivi t-transazzjoni u l-impatt tagħha fuq l-emittent;

(f) 

titoli offruti, allokati jew li jridu jiġu assenjati b’konnessjoni ma’ fużjoni jew diviżjoni, bil-kondizzjoni li jsir disponibbli għall-pubbliku dokument f'konformità mal-arranġamenti stabbiliti fl-Artikolu 21(2), li jkun fih informazzjoni li tiddeskrivi t-transazzjoni u l-impatt tagħha fuq l-emittent;

(g) 

ishma offruti, allokati jew li jridu jiġu assenjati mingħajr ħlas lill-azzjonisti eżistenti, u d-dividendi mħallsa fl-għamla ta’ ishma tal-istess klassi bħall-ishma li fir-rigward tagħhom jitħallsu dawn id-dividendi, bil-kondizzjoni li l-ishma msemmija jkunu tal-istess klassi bħall-ishma diġà ammessi għall-kummerċ fl-istess suq regolat u jkun hemm disponibbli dokument li jkun fih l-informazzjoni dwar l-għadd u n-natura tal-ishma u r-raġunijiet u d-dettalji tal-offerta jew l-allokazzjoni;

(h) 

titoli offruti, assenjati jew li jridu jiġu assenjati lil diretturi jew lil impjegati eżistenti jew ta’ qabel minn min jimpjegahom jew impriża affiljata, bil-kondizzjoni li dawn it-titoli msemmija jkunu tal-istess klassi bħat-titoli diġà ammessi għall-kummerċ fl-istess suq regolat, u li jkun hemm disponibbli dokument li jkun fih l-informazzjoni dwar l-għadd u n-natura tat-titoli u r-raġunijiet u d-dettalji tal-offerta jew l-allokazzjoni;

(i) 

►M5  titoli mingħajr ekwità maħruġin b’manjiera kontinwa jew ripetuta mill-istituzzjoni ta’ kreditu, meta l-korrispettiv aggregat totali fl-Unjoni għat-titoli offruti jkun anqas minn EUR 150 000 000 għal kull istituzzjoni ta’ kreditu kkalkolat fuq perjodu ta’ 12-il xahar, dment li dawk it-titoli: ◄

(i) 

ma jkunux subordinati, konvertibbli jew skambjabbli; u

(ii) 

ma jagħtux id-dritt li jiġu sottoskritti jew miksuba tipi oħra ta’ titoli u li ma jkunux marbuta ma’ strument derivattiv;

▼M5 —————

▼M5

Ir-rekwiżit li l-ishma li jirriżultaw jirrappreżentaw, fuq perjodu ta’ 12-il xahar, anqas minn 30 % tal-għadd ta’ ishma tal-istess klassi diġà ammessi għall-kummerċ fl-istess suq regolat kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-punt (b), ma għandux japplika fi kwalunkwe wieħed mill-każijiet li ġejjin:

▼B

(a) 

meta prospett ikun tfassal f'konformità ma' dan ir-Regolament jew mad-Direttiva 2003/71/KE mal-offerta lill-pubbliku jew l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat tat-titoli li jagħtu aċċess għall-ishma;

(b) 

meta t-titoli li jagħtu aċċess għall-ishma nħarġu qabel l-20 ta’ Lulju 2017;

(c) 

meta l-ishma jikkwalifikaw bħala elementi tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni kif stabbilit fl-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 ) ta’ istituzzjoni kif definita fil-punt (3) tal-Artikolu 4(1) ta’ dak ir-Regolament u li jirriżultaw mill-konverżjoni ta’ strumenti tal-Grad 1 Addizzjonali maħruġa minn dik l-istituzzjoni minħabba li jkun hemm avveniment skattatur kif stipulat fil-punt (a) tal-Artikolu 54(1) ta’ dak ir-Regolament;

(d) 

meta l-ishma jikkwalifikaw bħala fondi proprji eliġibbli jew fondi proprji bażiċi eliġibbli kif definit fit-Taqsima 3 tal-Kapitolu VI tat-Titolu I tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ), u jirriżultaw mill-konverżjoni ta’ titoli oħra li bdiet għall-finijiet tat-twettiq tal-obbligi ta’ konformità mar-Rekwiżit Kapitali tas-Solvenza jew tar-Rekwiżit Kapitali Minimu kif stabbilit fit-Taqsimiet 4 u 5 tal-Kapitolu VI tat-Titolu I tad-Direttiva 2009/138/KE jew ir-rekwiżit tas-solvenza tal-grupp kif stabbilit fit-Titolu III tad-Direttiva 2009/138/KE.

Id-dokument imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-punt (ba)(iii), għandu jkollu tul massimu ta’ 11-il naħa ta’ karta ta’ daqs A4 meta tiġi stampata, għandu jiġi ppreżentat u stabbilit b’mod li jkun faċli sabiex jinqara, bl-użu ta’ karattri ta’ daqs li jistgħu jinqraw u għandu jitfassal bil-lingwa uffiċjali tal-Istat Membru domiċiljari, jew tal-anqas b’waħda mil-lingwi uffiċjali tiegħu, jew b’lingwa oħra aċċettata mill-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru.

Il-korrispettiv aggregat totali tal-offerti ta’ titoli lill-pubbliku msemmijin fl-ewwel subparagrafu, il-punt (i), għandu jqis il-korrispettiv aggregat totali tal-offerti kollha għaddejjin ta’ titoli lill-pubbliku u offerti ta’ titoli lill-pubbliku li jkunu saru fit-12-il xahar qabel id-data tal-bidu ta’ offerta ġdida ta’ titoli lill-pubbliku, ħlief għal dawk l-offerti ta’ titoli lill-pubbliku li għalihom ikun ġie ppubblikat prospett jew li kienu soġġetti għal kwalunkwe eżenzjoni oħra mill-obbligu li jiġi ppubblikat prospett f’konformità mal-ewwel subparagrafu.

Artikolu 1 6.
L-eżenzjonijiet mill-obbligu tal-pubblikazzjoni ta’ prospett li huma stabbiliti fil-paragrafi 4 u 5 jistgħu jiġu kkombinati flimkien. Madankollu, l-eżenzjonijiet fil-paragrafu 5, l-ewwel subparagrafu, il-punti (a) u (b), ma għandhomx jiġu kkombinati flimkien meta tali kombinament ikun jista’ jwassal għall-ammissjoni immedjata jew differita għall-kummerċ f’suq regolat fuq perjodu ta’ 12-il xahar ta’ aktar minn 30 % tal-għadd ta’ ishma tal-istess klassi diġà ammessi għall-kummerċ fl-istess suq regolat, mingħajr ma jiġi ppubblikat prospett.
Artikolu 1 6a.

L-eżenzjonijiet stipulati fil-punt (f) tal-paragrafu 4 u fil-punt (e) tal-paragrafu 5 għandhom japplikaw biss fir-rigward tat-titoli ta’ ekwità, u biss fil-każijiet li ġejjin:

(a) 

it-titoli ta’ ekwità offerti huma funġibbli ma’ titoli eżistenti li diġà ġew ammessi għall-kummerċ f’suq regolat qabel ix-xiri u t-tranżazzjoni relatata miegħu, u x-xiri ma jitqiesx bħala tranżazzjoni ta’ akkwist invers fis-sens tal-paragrafu B19 tal-istandards internazzjonali ta’ rappurtaġġ finanzjarju (IFRS) 3, Kombinamenti ta’ Negozji, adottati mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2008 ( 4 ); jew

(b) 

l-awtorità superviżorja li għandha l-kompetenza, fejn applikabbli, li teżamina d-dokument tal-offerta skont id-Direttiva 2004/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ) tkun ħarġet approvazzjoni minn qabel tad-dokument imsemmi fil-punt (f) tal-paragrafu 4 jew il-punt (e) tal-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 1 6b.

L-eżenzjonijiet stipulati fil-punt (g) tal-paragrafu 4 u fil-punt (f) tal-paragrafu 5 għandhom japplikaw biss għal titoli ta’ ekwità li fir-rigward tagħhom it-tranżazzjoni mhijiex ikkunsidrata bħala tranżazzjoni ta’ akkwist invers fis-sens tal-paragrafu B19 tal-IFRS 3, Kombinamenti ta’ Negozji, u biss fil-każijiet li ġejjin:

(a) 

it-titoli ta’ ekwità tal-entità li tkun għamlet l-akkwist ikunu diġà ġew ammessi għall-kummerċ f’suq regolat qabel it-tranżazzjoni; jew

(b) 

it-titoli ta’ ekwità tal-entitajiet soġġetti għad-diviżjoni jkunu diġà ġew ammessi għall-kummerċ f’suq regolat qabel it-tranżazzjoni.

Artikolu 1 7.
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 44 li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu l-kontenut minimu ta’ informazzjoni tad-dokumenti msemmija fil-punti (f) u (g) tal-paragrafu 4 u l-punti (e) u (f) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R1129
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.