|
+Artikolu 1 4. |
Artikolu 1 4.L-obbligu tal-pubblikazzjoni ta' prospett stabbilit fl-Artikolu 3(1) m'għandux japplika għal kwalunkwe wieħed mit-tipi li ġejjin ta' offerti ta' titoli lill-pubbliku:
(a)
offerta ta' titoli indirizzata lil investituri kwalifikati biss;
(b)
offerta ta' titoli indirizzata lil inqas minn 150 persuna fiżika jew ġuridika għal kull Stat Membru, għajr għal investituri kwalifikati;
(c)
offerta ta’ titoli li d-denominazzjoni għal kull unità tagħhom tammonta għal tal-anqas EUR 100 000 ;
(d)
offerta ta’ titoli indirizzata lil investituri li jiksbu titoli għal korrispettiv totali ta’ mill-inqas EUR 100 000 għal kull investitur, għal kull offerta separata;
(da)
offerta ta’ titoli li għandhom jiġu ammessi għall-kummerċ f’suq regolat jew f’suq tal-SMEs li qed jespandi u li huma funġibbli ma’ titoli diġà ammessi għall-kummerċ fl-istess suq, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(i)
it-titoli jirrappreżentaw, fuq perjodu ta’ 12-il xahar, anqas minn 30 % tal-għadd ta’ titoli diġà ammessi għall-kummerċ fl-istess suq;
(ii)
l-emittent tat-titoli ma jkunx soġġett għal proċeduri ta’ ristrutturar jew ta’ insolvenza;
(iii)
dokument li fih l-informazzjoni stabbilita fl-Anness IX jiġi ddepożitat, f’format elettroniku, għand l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju u jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku f’konformità mal-arranġamenti stabbiliti fl-Artikolu 21(2) fl-istess ħin li fih jiġi ppreżentat lil dik l-awtorità kompetenti;
(db)
offerta ta’ titoli funġibbli ma’ titoli li ġew ammessi għall-kummerċ f’suq regolat jew f’suq tal-SMEs li qed jespandi kontinwament għal tal-anqas it-18-il xahar ta’ qabel l-offerta tat-titoli l-ġodda, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(i)
it-titoli offruti lill-pubbliku ma jinħarġux b’rabta ma’ akkwiżizzjoni permezz ta’ offerta ta’ skambju, fużjoni jew diviżjoni;
(ii)
l-emittent tat-titoli ma jkunx soġġett għal ristrutturar jew għal proċeduri ta’ insolvenza;
(iii)
dokument li fih l-informazzjoni stabbilita fl-Anness IX jiġi ddepożitat, f’format elettroniku, għand l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari u jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku f’konformità mal-arranġamenti stabbiliti fl-Artikolu 21(2) fl-istess ħin li fih jiġi ppreżentat lil dik l-awtorità kompetenti;
(e)
l-ishma maħruġa minflok l-ishma tal-istess klassi diġà maħruġa, jekk il-ħruġ ta’ dawn l-ishma ġodda ma jinvolvi l-ebda żieda fil-kapital maħruġ;
(f)
titoli offruti b’konnessjoni ma’ xiri permezz ta’ offerta ta’ skambju, bil-kondizzjoni li jsir disponibbli għall-pubbliku dokument f'konformità mal- arranġamenti stabbiliti fl-Artikolu 21(2), li jkun fih informazzjoni li tiddeskrivi t-transazzjoni u l-impatt tagħha fuq l-emittent;
(g)
titoli offruti, assenjati jew li jridu jiġu assenjati b’konnessjoni ma’ fużjoni jew diviżjoni, bil-kondizzjoni li jsir disponibbli għall-pubbliku dokument f'konformità mal-arranġamenti stabbiliti fl-Artikolu 21(2), li jkun fih informazzjoni li tiddeskrivi t-transazzjoni u l-impatt tagħha fuq l-emittent;
(h)
id-dividendi mħallsa lil azzjonisti eżistenti fl-għamla ta’ ishma tal-istess klassi bħall-ishma li fir-rigward tagħhom qed jitħallsu dawn id-dividendi, bil-kondizzjoni li jkun disponibbli dokument li jkun fih l-informazzjoni dwar l-għadd u n-natura tal-ishma u r-raġunijiet għall-offerta u d-dettalji dwarha;
(i)
titoli offruti, allokati jew li jridu jiġu assenjati lil diretturi jew lil impjegati eżistenti jew preċedenti minn min jimpjegahom jew minn impriża affiljata bil-kondizzjoni li jkun disponibbli dokument li jkun fih l-informazzjoni dwar l-għadd u n-natura tat-titoli u r-raġunijiet u d-dettalji tal-offerta jew l-allokazzjoni;
(j)
►M5 titoli mingħajr ekwità maħruġin b’manjiera kontinwa jew ripetuta mill-istituzzjoni ta’ kreditu, meta l-korrispettiv aggregat totali fl-Unjoni għat-titoli offruti jkun anqas minn EUR 150 000 000 għal kull istituzzjoni ta’ kreditu kkalkolat fuq perjodu ta’ 12-il xahar, dment li dawk it-titoli: ◄
(i)
ma jkunux subordinati, konvertibbli jew skambjabbli; u
(ii)
ma jagħtux id-dritt li jiġu sottoskritti jew miksuba tipi oħra ta’ titoli u li ma jkunux marbuta ma’ strument derivattiv;
(k)
offerta ta' titoli lill-pubbliku mingħand fornitur ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv awtorizzat skont ir-Regolament (UE) 2020/1503 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ), dment li din ma taqbiżx il-limitu stabbilit fil-punt (c) tal-Artikolu 1(2) ta' dak ir-Regolament. ▼M5 ————— Id-dokument imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-punt (da)(iii) u l-punt (db)(iii), għandu jkollu tul massimu ta’ 11-il naħa ta’ karta ta’ daqs A4 meta tiġi stampata, għandu jiġi ppreżentat u stabbilit b’mod li jkun faċli sabiex jinqara, bl-użu ta’ karattri ta’ daqs li jistgħu jinqraw u għandu jitfassal bil-lingwa uffiċjali tal-Istat Membru domiċiljari, jew tal-anqas b’waħda mil-lingwi uffiċjali tiegħu, jew b’lingwa oħra aċċettata mill-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru. Il-korrispettiv aggregat totali tal-offerti ta’ titoli lill-pubbliku msemmijin fl-ewwel subparagrafu, il-punt (j), għandu jqis il-korrispettiv aggregat totali tal-offerti kollha għaddejjin ta’ titoli lill-pubbliku u offerti ta’ titoli lill-pubbliku li jkunu saru fit-12-il xahar qabel id-data tal-bidu ta’ offerta ġdida ta’ titoli lill-pubbliku, ħlief għal dawk l-offerti ta’ titoli lill-pubbliku li għalihom ġie ppublikat prospett jew li kienu soġġetti għal kwalunkwe eżenzjoni oħra mill-obbligu li jiġi ppubblikat prospett f’konformità mal-ewwel subparagrafu, jew skont l-Artikolu 3(2) jew skont l-Artikolu 3(2a). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|