|
+Artikolu 6 1. |
Artikolu 6 1.►M5 Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 14a(2), għall-Artikolu 15a(2) u għall-Artikolu 18(1), prospett għandu jkun fih l-informazzjoni neċessarja li tkun sinifikanti għal investitur sabiex jagħmel valutazzjoni informata ta’: ◄
(a)
l-assi u l-obbligazzjonijiet, il-qligħ u t-telf, il-pożizzjoni finanzjarja, u l-prospetti tal-emittent u ta' kwalunkwe garanti;
(b)
id-drittijiet marbuta mat-titoli; u
(c)
ir-raġunijiet għall-ħruġ u l-impatt tiegħu fuq l-emittent. Dik l-informazzjoni tista' tvarja skont kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
(a)
in-natura tal-emittent;
(b)
it-tip ta' titoli;
(c)
iċ-ċirkostanzi tal-emittent;
(d)
fejn rilevanti, sew jekk it-titoli mingħajr ekwità jkollhom denominazzjoni għal kull unità ta' mill-anqas EUR 100 000 u jew jekk le, jew, u ser ikunu nnegozjati biss f'suq regolat, jew parti speċifika tiegħu, li għalih jista' jkollhom aċċess biss investituri kwalifikati għall-finijiet tal-kummerċ fit-titoli. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|