|
+Artikolu 7 5. |
Artikolu 7 5.►M5 It-taqsima msemmija fil-paragrafu 4, il-punt (a), għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja fl-ordni li ġej: ◄
(a)
l-isem u n-numri internazzjonali għall-identifikazzjoni tat-titoli (ISIN) tat-titoli;
(b)
l-identità u d-dettalji tal-emittent, inkluż l-identifikatur ta' entità ġuridika (LEI) tiegħu;
(c)
fejn applikabbli, l-identità u d-dettalji ta' kuntatt tal-offerent, inkluż il-LEI tiegħu jekk l-offerent ikollu personalità ġuridika, jew tal-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat;
(d)
l-identità u d-dettalji tal-kuntatt tal-awtorità kompetenti li tapprova l-prospett u, meta differenti, l-awtorità kompetenti li approvat id-dokument tar-reġistrazzjoni jew id-dokument tar-reġistrazzjoni universali;
(e)
id-data tal-approvazzjoni tal-prospett; Għandu jkun fiha t-twissijiet li ġejjin fl-ordni li ġej:
(a)
is-sommarju għandu jinqara bħala introduzzjoni għall-prospett;
(b)
kwalunkwe deċiżjoni ta’ investiment fit-titoli għandha tiġi bbażata fuq konsiderazzjoni tal-prospett sħiħ mill-investitur;
(c)
fejn applikabbli, li l-investitur jista' jitlef il-kapital investit kollu jew parti minnu u, fejn ir-responsabbiltà tal-investitur ma tkunx limitata għall-ammont tal-investiment, twissija li l-investitur jista' jitlef aktar mill-kapital investit u l-portata ta’ tali telf potenzjali;
(d)
meta pretensjoni relatata mal-informazzjoni li tinsab fi prospett titressaq quddiem il-qorti, l-investitur attur jista’, skont il-liġi nazzjonali, jkollu jġarrab l-ispejjeż tat-traduzzjoni tal-prospett qabel ma jinbdew il-proċeduri legali;
(e)
ir-responsabbiltà ċivili għandha x’taqsam biss ma’ dawk il-persuni li jkunu ppreżentaw is-sommarju, inkluża kwalunkwe traduzzjoni tiegħu, iżda biss fejn is-sommarju jkun qarrieqi, ineżatt jew inkonsistenti, meta jinqara flimkien mal-partijiet l-oħra tal-prospett, jew fejn dan ma jipprovdix, meta jinqara flimkien mal-partijiet l-oħra tal-prospett, informazzjoni ewlenija sabiex jgħin lill-investituri meta jiġu biex jikkunsidraw jekk jinvestux f’tali titoli;
(f)
fejn applikabbli, l-allert ta’ komprensjoni meħtieġ f'konformità mal-punt (b) tal-Artikolu 8(3) tar-Regolament (UE) Nru 1286/2014;
(g)
meta applikabbli, dikjarazzjoni li l-kumpanija identifikat kwistjonijiet ambjentali bħala fattur ta’ riskju materjali f’konformità mal-Artikolu 16. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|