|
+Artikolu 7 6. |
Artikolu 7 6.►M5 It-taqsima msemmija fil-paragrafu 4, il-punt (b), għandu jkun fiha l-informazzjoni li ġejja fl-ordni li ġej: ◄
(a)
taħt subtaqsima intitolata “Min hu l-emittent tat-titoli?”, deskrizzjoni fil-qosor tal-emittent tat-titoli, inkluż mill-inqas dan li ġej:
(i)
id-domiċilju u l-forma ġuridika tiegħu, il-LEI tiegħu, il-liġi li taħtha jopera u l-pajjiż ta' inkorporazzjoni tiegħu;
(ii)
l-attivitajiet prinċipali tiegħu;
(iii)
l-azzjonisti ewlenin tiegħu, inkluż jekk ikunx immexxi jew ikkontrollat direttament jew indirettament u minn min;
(iv)
l-identità tad-diretturi maniġerjali ewlenin tiegħu;
(v)
l-identità tal-awdituri statutorji tiegħu;
(vi)
meta l-emittent ta’ titoli ta’ ekwità ikun soġġett għall-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 9 ), dikjarazzjoni dwar jekk l-attivitajiet tal-emittent humiex assoċjati ma’ attivitajiet ekonomiċi li jikkwalifikaw bħala ambjentalment sostenibbli skont l-Artikoli 3 u 9 ta’ dak ir-Regolament.
(b)
taħt is-subtaqsima intitolata “X'inhi l-informazzjoni finanzjarja ewlenija li tirrigwarda l-emittent?” għażla ta’ informazzjoni finanzjarja ewlenija storika ppreżentata għal kull sena finanzjarja tal-perijodu kopert mill-informazzjoni finanzjarja storika, u kwalunkwe perijodu finanzjarju interim sussegwenti akkumpanjat minn data komparattiva mill-istess perijodu fis-sena finanzjarja preċedenti. Ir-rekwiżit għal informazzjoni komparattiva tal-karta tal-bilanċ għandu jiġi ssodisfat bil-preżentazzjoni tal-informazzjoni dwar il-karta tal-bilanċ ta' tmiem is-sena. L-informazzjoni finanzjarja prinċipali, fejn ikun applikabbli, għandha tinkludi:
(i)
informazzjoni finanzjarja pro forma;
(ii)
deskrizzjoni fil-qosor ta’ kwalunkwe kwalifika fir-rapport tal-awditjar relatata mal-informazzjoni finanzjarja storika;
(c)
taħt is-subtaqsima intitolata “X'inhuma r-riskji ewlenin li huma speċifiċi għall-emittent?” deskrizzjoni fil-qosor tal-aktar fatturi ta’ riskju materjali speċifiċi għall-emittent li jinsabu fil-prospett, filwaqt li ma jinqabżux il-għadd totali ta' fatturi ta' riskju stabbiliti fil-paragrafu 10. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|