+Artikolu 13 Informazzjoni minima u format
---+Artikolu 13 1.
---+Artikolu 13 1a.
---+Artikolu 13 2.
---+Artikolu 13 3.
|
Artikolu 13 Informazzjoni minima u format
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 13 1.
|
Sal-5 ta’ Ġunju 2026, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati, f’konformità mal-Artikolu 44 sabiex tissuplimenta dan ir-Regolament rigward il-format standardizzat u s-sekwenza standardizzata tal-prospett, il-prospett bażi u l-kundizzjonijiet finali, u l-iskedi li jiddefinixxu l-informazzjoni speċifika li trid tkun inkluża fi prospett, inkluż LEIs u ISINs, filwaqt li tkun evitata d-duplikazzjoni tal-informazzjoni meta prospett ikun magħmul minn dokumenti separati.
▼B
B'mod partikolari, meta jiġu stabbiliti l-iskedi varji ta’ prospett, għandhom jiġu kkunsidrati dawn li ġejjin:
(a)
it-tipi varji ta’ informazzjoni meħtieġa mill-investituri fejn jidħlu t-titoli ta’ ekwità mqabbla mat-titoli mingħajr ekwità; għandu jiġi segwit metodu konsistenti rigward l-informazzjoni meħtieġa fi prospett għat-titoli li jkollhom raġunament ekonomiku simili, partikolarment it-titoli derivattivi;
(b)
it-tipi varji u l-karatteristiċi varji tal-offerti u l-ammissjonijiet għall-kummerċ f’suq regolat tat-titoli mingħajr ekwità;
(c)
il-format użat u l-informazzjoni meħtieġa fil-prospetti bażi li jirrelataw ma' titoli mingħajr ekwità, inkluż il-warrants f'kwalunkwe għamla;
(d)
fejn applikabbli, in-natura pubblika tal-emittent;
(e)
fejn applikabbli, in-natura speċifika tal-attivitajiet tal-emittent;
▼M5
(f)
jekk l-emittent ta’ titoli ta’ ekwità huwiex meħtieġ jipprovdi rapportar dwar is-sostenibbiltà, flimkien mal-opinjoni ta’ assigurazzjoni relatata, f’konformità mad-Direttiva 2004/109/KE u mad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; (
11
)
(g)
jekk titoli mingħajr ekwità offruti lill-pubbliku jew ammessi għan-negozjar f’suq regolat humiex irreklamati bħala li jqisu l-fatturi ambjentali, soċjali jew ta’ governanza (ESG) jew li jsegwu l-objettivi tal-ESG.
▼B
Għall-finijiet tal-punt (b) tat-tieni subparagrafu, meta jiġu stabbiliti l-iskedi varji tal-prospett, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi r-rekwiżiti speċifiċi tal-informazzjoni għall-prospetti li jirrigwardjaw l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat ta’ titoli mingħajr ekwità li:
(a)
għandhom jiġu nnegozjati biss f’suq regolat, jew porzjon speċifiku tiegħu, li investituri kwalifikati biss għandhom aċċess għalih għall-finijiet ta’ negozju ta’ titoli bħal dawn; jew
(b)
ikollhom denominazzjoni għal kull unità ta’ mill-inqas EUR 100 000 .
Dawk ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni għandhom ikunu adegwati, b’kont meħud tal-ħtiġijiet ta’ informazzjoni tal-investituri kkonċernati.
|
|
Artikolu 13 1a.
|
Għall-finijiet tal-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu, il-punt (g), meta jiġu stabbiliti d-diversi skedi tal-prospett, għandu japplika dan li ġej:
(a)
il-prospett għal Bond Ekoloġiku Ewropew kif imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt (a) tar-Regolament (UE) 2023/2631 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
12
) għandu jinkorpora b’referenza l-informazzjoni rilevanti li tinsab fl-iskeda informattiva dwar il-Bonds Ekoloġiċi Ewropej kif imsemmi fl-Artikolu 10 ta’ dak ir-Regolament;
(b)
il-prospett għal bond ikkummerċjalizzat bħala ambjentalment sostenibbli jew għal bond marbut mas-sostenibbiltà, kif imsemmi fl-Artikolu 1, il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament, għandu jinkludi l-iżvelar fakultattiv rilevanti stipulati f’dak ir-Regolament, dment li l-emittent ikun għażel dak l-iżvelar fakultattiv.
|
|
Artikolu 13 2.
|
►M5
Il-Kummissjoni għandha, sal-5 ta’ Ġunju 2026, tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 44 biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tiġi stabbilita l-iskeda li tispeċifika l-informazzjoni minima li trid tkun inkluża fid-dokument tar-reġistrazzjoni universali. ◄
Tali skeda għandha tiżgura li d-dokument tar-reġistrazzjoni universali jkun jinkludi l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar l-emittent sabiex l-istess dokument tar-reġistrazzjoni universali jkun jista’ jintuża bl-istess mod għall-offerta sussegwenti għall-pubbliku jew l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat ta’ titoli ta’ ekwità jew mingħajr ekwità. Rigward l-informazzjoni finanzjarja, ir-reviżjoni operattiva u finanzjarja kif ukoll il-prospetti u l-governanza korporattiva, din l-informazzjoni għandha tkun allinjata kemm jista’ jkun mal-informazzjoni meħtieġa biex tiġi żvelata fir-rapporti finanzjarji annwali u ta’ kull sitt xhur imsemmija fl-Artikoli 4 u 5 tad-Direttiva 2004/109/KE, inkluż ir-rapport ta’ ġestjoni u d-dikjarazzjoni tal-governanza korporattiva.
|
|
Artikolu 13 3.
|
L-atti delegati msemmijin fil-paragrafi 1 u 2 għandhom jikkonformaw mal-Annessi I, II u III ta’ dan ir-Regolament.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 05.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R1129
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|