|
+Artikolu 13 1. |
Artikolu 13 1.Sal-5 ta’ Ġunju 2026, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati, f’konformità mal-Artikolu 44 sabiex tissuplimenta dan ir-Regolament rigward il-format standardizzat u s-sekwenza standardizzata tal-prospett, il-prospett bażi u l-kundizzjonijiet finali, u l-iskedi li jiddefinixxu l-informazzjoni speċifika li trid tkun inkluża fi prospett, inkluż LEIs u ISINs, filwaqt li tkun evitata d-duplikazzjoni tal-informazzjoni meta prospett ikun magħmul minn dokumenti separati. B'mod partikolari, meta jiġu stabbiliti l-iskedi varji ta’ prospett, għandhom jiġu kkunsidrati dawn li ġejjin:
(a)
it-tipi varji ta’ informazzjoni meħtieġa mill-investituri fejn jidħlu t-titoli ta’ ekwità mqabbla mat-titoli mingħajr ekwità; għandu jiġi segwit metodu konsistenti rigward l-informazzjoni meħtieġa fi prospett għat-titoli li jkollhom raġunament ekonomiku simili, partikolarment it-titoli derivattivi;
(b)
it-tipi varji u l-karatteristiċi varji tal-offerti u l-ammissjonijiet għall-kummerċ f’suq regolat tat-titoli mingħajr ekwità;
(c)
il-format użat u l-informazzjoni meħtieġa fil-prospetti bażi li jirrelataw ma' titoli mingħajr ekwità, inkluż il-warrants f'kwalunkwe għamla;
(d)
fejn applikabbli, in-natura pubblika tal-emittent;
(e)
fejn applikabbli, in-natura speċifika tal-attivitajiet tal-emittent;
(f)
jekk l-emittent ta’ titoli ta’ ekwità huwiex meħtieġ jipprovdi rapportar dwar is-sostenibbiltà, flimkien mal-opinjoni ta’ assigurazzjoni relatata, f’konformità mad-Direttiva 2004/109/KE u mad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill; ( 11 )
(g)
jekk titoli mingħajr ekwità offruti lill-pubbliku jew ammessi għan-negozjar f’suq regolat humiex irreklamati bħala li jqisu l-fatturi ambjentali, soċjali jew ta’ governanza (ESG) jew li jsegwu l-objettivi tal-ESG. Għall-finijiet tal-punt (b) tat-tieni subparagrafu, meta jiġu stabbiliti l-iskedi varji tal-prospett, il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi r-rekwiżiti speċifiċi tal-informazzjoni għall-prospetti li jirrigwardjaw l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat ta’ titoli mingħajr ekwità li:
(a)
għandhom jiġu nnegozjati biss f’suq regolat, jew porzjon speċifiku tiegħu, li investituri kwalifikati biss għandhom aċċess għalih għall-finijiet ta’ negozju ta’ titoli bħal dawn; jew
(b)
ikollhom denominazzjoni għal kull unità ta’ mill-inqas EUR 100 000 . Dawk ir-rekwiżiti ta’ informazzjoni għandhom ikunu adegwati, b’kont meħud tal-ħtiġijiet ta’ informazzjoni tal-investituri kkonċernati. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|