+Artikolu 27 1.

Artikolu 27 1.

Meta ssir offerta ta’ titoli lill-pubbliku jew titfittex ammissjoni għan-negozjar f’suq regolat fl-Istat Membru ta’ domiċilju biss, il-prospett għandu jitfassal jew b’lingwa aċċettata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju jew b’lingwa komuni fl-isfera tal-finanzi internazzjonali, skont l-għażla tal-emittent, tal-offerent jew tal-persuna li titlob l-ammissjoni għan-negozjar f’suq regolat.

Permezz ta’ deroga mill-ewwel subparagrafu, Stat Membru jista’ jagħżel in-nonparteċipazzjoni u jirrikjedi li l-prospett għal offerta ta’ titoli lill-pubbliku jew ammissjoni għan-negozjar f’suq regolat li jkun imfittex biss f’dak l-Istat Membru jitfassal f’lingwa aċċettata mill-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru. F’każ bħal dan, dak l-Istat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-ESMA b’dik id-deċiżjoni.

L-ESMA għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha lista tal-lingwi aċċettati mill-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Stat Membru għal offerta ta’ titoli lill-pubbliku jew ammissjoni għan-negozjar f’suq regolat li hija mfittxija biss fl-Istat Membru ta’ domiċilju.

Is-sommarju msemmi fl-Artikolu 7 għandu jkun disponibbli bil-lingwa uffiċjali tal-Istat Membru ta’ domiċilju, jew tal-anqas b’waħda mil-lingwi uffiċjali tiegħu, jew b’lingwa oħra aċċettata mill-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru. Dik l-awtorità kompetenti ma għandhiex teħtieġ it-traduzzjoni ta’ kwalunkwe parti oħra tal-prospett.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R1129
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.