+Artikolu 27 Użu tal-lingwi
---+Artikolu 27 1.
---+Artikolu 27 2.
---+Artikolu 27 4.
---+Artikolu 27 5.
|
Artikolu 27 Użu tal-lingwi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 27 1.
|
Meta ssir offerta ta’ titoli lill-pubbliku jew titfittex ammissjoni għan-negozjar f’suq regolat fl-Istat Membru ta’ domiċilju biss, il-prospett għandu jitfassal jew b’lingwa aċċettata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju jew b’lingwa komuni fl-isfera tal-finanzi internazzjonali, skont l-għażla tal-emittent, tal-offerent jew tal-persuna li titlob l-ammissjoni għan-negozjar f’suq regolat. Permezz ta’ deroga mill-ewwel subparagrafu, Stat Membru jista’ jagħżel in-nonparteċipazzjoni u jirrikjedi li l-prospett għal offerta ta’ titoli lill-pubbliku jew ammissjoni għan-negozjar f’suq regolat li jkun imfittex biss f’dak l-Istat Membru jitfassal f’lingwa aċċettata mill-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru. F’każ bħal dan, dak l-Istat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni u lill-ESMA b’dik id-deċiżjoni. L-ESMA għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha lista tal-lingwi aċċettati mill-awtoritajiet kompetenti ta’ kull Stat Membru għal offerta ta’ titoli lill-pubbliku jew ammissjoni għan-negozjar f’suq regolat li hija mfittxija biss fl-Istat Membru ta’ domiċilju. Is-sommarju msemmi fl-Artikolu 7 għandu jkun disponibbli bil-lingwa uffiċjali tal-Istat Membru ta’ domiċilju, jew tal-anqas b’waħda mil-lingwi uffiċjali tiegħu, jew b’lingwa oħra aċċettata mill-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru. Dik l-awtorità kompetenti ma għandhiex teħtieġ it-traduzzjoni ta’ kwalunkwe parti oħra tal-prospett.
|
|
Artikolu 27 2.
|
Meta ssir offerta ta’ titoli lill-pubbliku jew titfittex ammissjoni għan-negozjar f’suq regolat f’aktar minn Stat Membru wieħed inkluż fl-Istat Membru ta’ domiċilju jew fi Stat Membru wieħed jew aktar bl-esklużjoni tal-Istat Membru ta’ domiċilju, il-prospett għandu jitfassal jew b’lingwa aċċettata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju, fejn rilevanti, u ta’ kull Stat Membru ospitanti jew b’lingwa komuni fl-isfera tal-finanzi internazzjonali, skont l-għażla tal-emittent, tal-offerent jew tal-persuna li titlob l-ammissjoni għan-negozjar f’suq regolat. Is-sommarju msemmi fl-Artikolu 7 għandu jkun disponibbli bil-lingwa uffiċjali ta’ kull Stat Membru, jew tal-anqas waħda mil-lingwi uffiċjali ta’ kull Stat Membru, jew b’lingwa oħra aċċettata mill-awtorità kompetenti ta’ kull Stat Membru. L-Istati Membri ma għandhomx jeħtieġu t-traduzzjoni ta’ kwalunkwe parti oħra tal-prospett.
|
|
Artikolu 27 4.
|
It-termini finali għandhom jitfasslu bl-istess lingwa bħal-lingwa tal-prospett bażi approvat. Is-sommarju tal-kwistjoni individwali għandu jkun disponibbli bil-lingwa uffiċjali tal-Istat Membru ta’ domiċilju, jew tal-anqas b’waħda mil-lingwi uffiċjali tiegħu, jew b’lingwa oħra aċċettata mill-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru. Meta, f’konformità mal-Artikolu 25(4), it-termini finali jiġu kkomunikati lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti jew, jekk ikun hemm aktar minn Stat Membru ospitanti wieħed, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri ospitanti, is-sommarju tal-ħruġ individwali anness mat-termini finali għandu jkun disponibbli bil-lingwa uffiċjali jew tal-anqas b’waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru ospitanti, jew b’lingwa oħra aċċettata mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti f’konformità mal-paragrafu 2, it-tieni subparagrafu.
|
|
Artikolu 27 5.
|
Meta prospett ikun relatat mal-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat ta’ titoli mingħajr ekwità u l-ammissjoni għall-kummerċ f’suq regolat hija mfittxija fi Stat Membru wieħed jew iktar, il-prospett għandu jitfassal jew f'lingwa aċċettata mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju u tal-Istati Membri ospitanti jew f'lingwa li tintuża abitwalment fil-qasam tal-finanzi internazzjonali, fuq l-għażla tal-emittent, tal-offerent jew tal-persuna li titlob l-ammissjoni għall-kummerċ f'suq regolat, bil-kondizzjoni li:
(a)
tali titolijkollhom jiġu nnegozjati biss f’suq regolat, jew porzjon speċifiku tiegħu, li investituri kwalifikati biss jista' jkollhom aċċess għalih għall-finijiet ta’ negozju f’titoli bħal dawn, jew
(b)
tali titoli jkollhom denominazzjoni għal kull unità ta' mill-inqas EUR 100 000 .
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 05.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R1129
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|