|
+ANNESS V INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI INKLUŻA FIL-PROSPETT TA’ SEGWITU TAL-UE GĦAL TITOLI GĦAJR ISHMA JEW TITOLI TRASFERIBBLI EKWIVALENTI GĦAL ISHMA FIL-KUMPANIJI |
ANNESS V INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI INKLUŻA FIL-PROSPETT TA’ SEGWITU TAL-UE GĦAL TITOLI GĦAJR ISHMA JEW TITOLI TRASFERIBBLI EKWIVALENTI GĦAL ISHMA FIL-KUMPANIJI
ANNESS V INFORMAZZJONI LI GĦANDHA TIĠI INKLUŻA FIL-PROSPETT TA’ SEGWITU TAL-UE GĦAL TITOLI GĦAJR ISHMA JEW TITOLI TRASFERIBBLI EKWIVALENTI GĦAL ISHMA FIL-KUMPANIJI I. Sommarju Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 7(1), it-tieni subparagrafu, il-Prospett ta’ Segwitu tal-UE jrid jinkludi sommarju mfassal f’konformità mal-Artikolu 7(12a). II. Informazzjoni dwar l-emittent (Dokument tar-reġistrazzjoni) Tiġi identifikata l-kumpanija li toħroġ it-titoli, inkluż l-identifikatur ta’ entità ġuridika (LEI) tagħha, l-isem legali u kummerċjali tagħha, il-pajjiż tal-inkorporazzjoni tagħha u s-sit web fejn l-investituri jistgħu jsibu informazzjoni dwar l-operazzjonijiet tan-negozju tal-kumpanija, il-prodotti li tagħmel jew is-servizzi li tipprovdi, is-swieq prinċipali fejn tikkompeti, l-azzjonisti prinċipali tagħha, il-kompożizzjoni tal-korpi amministrattivi, maniġerjali u superviżorji u l-maniġment superjuri tagħha u, meta applikabbli, l-informazzjoni inkorporata b’referenza (b’dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà li l-informazzjoni fuq is-sit web ma tifformax parti mill-prospett sakemm dik l-informazzjoni ma tkunx inkorporata b’referenza fil-Prospett ta’ Segwitu tal-UE). III. Dikjarazzjoni ta’ responsabbiltà u dikjarazzjoni dwar l-awtorità kompetenti 1. Dikjarazzjoni ta’ responsabbiltà (Dokument tar-reġistrazzjoni / Nota tat-titoli) Jiġu identifikati l-persuni responsabbli għat-tfassil tad-(dokument tar-reġistrazzjoni / nota tat-titoli / Prospett ta’ Segwitu tal-UE) u tiġi inkluża dikjarazzjoni minn dawk il-persuni li, sa fejn jafu huma, l-informazzjoni li tinsab fid-(dokument tar-reġistrazzjoni / nota dwar it-titoli / Prospett ta’ Segwitu tal-UE) tkun f’konformità mal-fatti u li d-(dokument tar-reġistrazzjoni / nota dwar it-titoli / Prospett ta’ Segwitu tal-UE) ma jagħmel l-ebda ommissjoni li x’aktarx taffettwa t-tifsira tiegħu. Meta applikabbli, id-dikjarazzjoni trid tinkludi informazzjoni li toriġina minn partijiet terzi, inkluż is-sors(i) ta’ dik l-informazzjoni, u dikjarazzjonijiet jew rapporti attribwiti lil persuna bħala espert u d-dettalji li ġejjin ta’ dik il-persuna:
(i)
l-isem;
(ii)
l-indirizz tan-negozju;
(iii)
il-kwalifiki; u
(iv)
l-interess materjali fl-emittent (jekk ikun hemm). 2. Dikjarazzjoni dwar l-awtorità kompetenti Id-dikjarazzjoni għandha:
(i)
tindika l-awtorità kompetenti li approvat, f’konformità ma’ dan ir-Regolament, (id-dokument tar-reġistrazzjoni / in-nota dwar it-titoli / il-Prospett ta’ Segwitu tal-UE);
(ii)
tispeċifika li tali approvazzjoni ma tikkostitwix approvazzjoni tal-emittent jew tal-kwalità tat-titoli li magħhom huwa relatat (id-dokument tar-reġistrazzjoni / in-nota dwar it-titoli / il-Prospett ta’ Segwitu tal-UE);
(iii)
tispeċifika li l-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti tattesta biss il-konformità tad-(dokument tar-reġistrazzjoni / in-nota dwar it-titoli / il-Prospett ta’ Segwitu tal-UE) mal-istandards ta’ kompletezza, komprensibbiltà u konsistenza meħtieġa minn dan ir-Regolament;
(iv)
tispeċifika li (d-dokument tar-reġistrazzjoni / in-nota dwar it-titoli / il-Prospett ta’ Segwitu tal-UE) tfasslu bħala (parti minn) Prospett ta’ Segwitu tal-UE f’konformità mal-Artikolu 14a. IV. Fatturi tar-riskju (Dokument tar-reġistrazzjoni / Nota dwar it-Titoli) Deskrizzjoni tar-riskji materjali, f’għadd limitat ta’ kategoriji, li huma speċifiċi għall-emittent (dokument tar-reġistrazzjoni / Prospett ta’ Segwitu tal-UE) u deskrizzjoni tar-riskji materjali, f’għadd limitat ta’ kategoriji, li huma speċifiċi għat-titoli li jiġu offruti lill-pubbliku u/jew ammessi għan-negozjar f’suq regolat (nota dwar it-titoli / Prospett ta’ Segwitu tal-UE), fit-taqsima intitolata “Fatturi ta’ riskju”. Ir-riskji għandhom jiġu kkorroborati mill-kontenut (tad-dokument tar-reġistrazzjoni / nota dwar it-titoli / Prospett ta’ Segwitu tal-UE). V. Informazzjoni finanzjarja (Dokument tar-reġistrazzjoni) Id-dikjarazzjonijiet finanzjarji (annwali u kull sitt xhur) ippubblikati matul perjodu ta’ 12-il xahar qabel l-approvazzjoni tal-Prospett ta’ Segwitu tal-UE. Meta jkunu ġew ippubblikati kemm id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali kif ukoll dawk ta’ kull sitt xhur, id-dikjarazzjonijiet annwali biss iridu jkunu meħtieġa jekk dawn ikunu saru wara r-rapporti finanzjarji ta’ kull sitt xhur. Id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali jridu jiġu awditjati b’mod indipendenti. Ir-rapport tal-awditjar għandu jitħejja f’konformità mad-Direttiva 2006/43/KE u mar-Regolament (UE) Nru 537/2014 Meta d-Direttiva 2006/43/KE u r-Regolament (UE) Nru 537/2014 ma japplikawx, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali jridu jiġu awditjati jew irrapportati fir-rigward ta’ jekk, għall-finijiet tal-Prospett ta’ Segwitu tal-UE, jagħtux opinjoni vera u ġusta jew le f’konformità mal-istandards tal-awditjar applikabbli fi Stat Membru jew ma’ standard ekwivalenti. Jekk dan ma jkunx il-każ, l-informazzjoni li ġejja trid tiġi inkluża fil-Prospett ta’ Segwitu tal-UE:
(i)
dikjarazzjoni prominenti li tiżvela liema standards tal-awditjar ġew applikati;
(ii)
spjegazzjoni ta’ kwalunkwe nuqqas ta’ osservanza sinifikanti mill-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar. Meta rapporti tal-awditjar dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali jkunu ġew irrifjutati mill-awdituri statutorji jew fejn ikun fihom kwalifiki, modifiki ta’ opinjoni, dikjarazzjonijiet ta’ ċaħda jew osservazzjonijiet, trid tingħata r-raġuni, u dawn il-kwalifiki, il-modifiki, id-dikjarazzjonijiet ta’ ċaħda jew l-osservazzjonijiet iridu jiġu riprodotti fl-intier tagħhom. Deskrizzjoni ta’ kull bidla sinifikanti fil-pożizzjoni finanzjarja tal-grupp li seħħet mit-tmiem tal-aħħar perjodu finanzjarju li għalih ikunu ġew ippubblikati dikjarazzjonijiet finanzjarji awditjati jew inkella informazzjoni finanzjarja interim trid tiġi inkluża wkoll, jew trid tiġi pprovduta dikjarazzjoni negattiva xierqa. VI. Informazzjoni dwar ix-xejriet (Dokument tar-reġistrazzjoni) Deskrizzjoni ta’:
(i)
kwalunkwe bidla negattiva materjali fil-prospetti tal-emittentmid-data tal-aħħar dikjarazzjonijiet finanzjarji awditjati ppubblikati tiegħu;
(ii)
kwalunkwe bidla sinifikanti fil-prestazzjoni finanzjarja tal-grupp mit-tmiem tal-aħħar perjodu finanzjarju li għalih ġiet ippubblikata informazzjoni finanzjarja sad-data tad-dokument tar-reġistrazzjoni; Jekk ma jkun hemm l-ebda bidla sinifikanti kif imsemmi fil-punt (i) jew (ii) ta’ din it-taqsima, trid issir dikjarazzjoni f’dak is-sens. VII. Dettalji tal-offerta ( 23 ) jew tal-ammissjoni għan-negozjar (Nota dwar it-titoli) Jiġu stipulati l-prezz tal-offerta, l-għadd ta’ titoli offruti, l-ammont tal-ħruġ jew tal-offerta u l-kundizzjonijiet li għalihom hija soġġetta l-offerta. Jekk l-ammont ma jkunx fiss, indikazzjoni tal-ammont massimu tat-titoli li ser jiġu offruti (jekk disponibbli) u deskrizzjoni tal-arranġamenti u tal-perjodu taż-żmien sabiex jitħabbar l-ammont definittiv tal-offerta lill-pubbliku. Tiġi pprovduta informazzjoni dwar fejn l-investituri jistgħu jissottoskrivu għat-titoli, it-tul tal-perjodu tal-offerta, inkluż kwalunkwe emenda possibbli għalihom, u deskrizzjoni tal-proċess tal-applikazzjoni flimkien mad-data tal-ħruġ ta’ titoli ġodda. L-isem u l-indirizz tal-entitajiet li jaqblu li jissottoskrivu l-ħruġ fuq bażi ta’ impenn sod, u l-isem u l-indirizz tal-entitajiet li jaqblu li jpoġġu l-ħruġ mingħajr impenn sod jew skont arranġamenti tal-“aħjar sforzi”. Indikazzjoni tal-karatteristiċi materjali tal-ftehimiet, inkluż il-kwoti. Meta mhux il-ħruġ kollu jkun ġie sottoskritt, dikjarazzjoni tal-porzjon li ma jkunx ġie kopert. Indikazzjoni tal-ammont globali tal-kummissjoni tas-sottoskrizzjoni u tal-kummissjoni tat-tqegħid. Meta applikabbli, jiġu indikati s-swieq regolati, is-swieq ta’ tkabbir tal-SMEs jew l-MTFs fejn it-titoli għandhom jiġu ammessi għan-negozjar u, jekk ikunu magħrufin, l-aktar dati bikrin li fihom it-titoli ser jiġu ammessi għan-negozjar. VIII. Informazzjoni essenzjali dwar it-titoli (Nota dwar it-titoli) L-iskop ta’ din it-taqsima huwa li tiġi pprovduta l-informazzjoni essenzjali li ġejja dwar it-titoli offruti lill-pubbliku jew ammessi għan-negozjar f’suq regolat:
(i)
in-numru internazzjonali għall-identifikazzjoni tat-titoli (ISIN);
(ii)
id-drittijiet marbuta mat-titoli, il-proċedura għall-eżerċizzju ta’ dawk id-drittijiet u kwalunkwe limitu ta’ dawk id-drittijiet;
(iii)
il-prezz li bih ser jiġu offruti t-titoli jew, jekk il-prezz mhux magħruf, indikazzjoni tal-prezz massimu jew deskrizzjoni tal-metodu li bih ser jiġi ddeterminat il-prezz, skont l-Artikolu 17 ta’ dan ir-Regolament, u l-proċess għall-iżvelar tiegħu;
(iv)
informazzjoni dwar l-imgħax pagabbli jew deskrizzjoni tas-sottostanti, inkluż il-metodu użat sabiex issir relazzjoni bejn is-sottostanti u r-rata, u indikazzjoni ta’ fejn tista’ tinkiseb informazzjoni dwar il-prestazzjoni tal-passat u dik futura tas-sottostanti u l-volatilità tiegħu;
(v)
deskrizzjoni tat-tip, tal-klassi u l-ammont tat-titoli li qed jiġu offruti lill-pubbliku jew ammessi għan-negozjar fuq suq regolat;
(vi)
twissija li l-leġiżlazzjoni tat-taxxa tal-Istat Membru tal-investitur u tal-pajjiż tal-inkorporazzjoni tal-emittent jista’ jkollha impatt fuq l-introjtu riċevut mit-titoli; u
(vii)
meta applikabbli, informazzjoni dwar it-titoli sottostanti u, meta applikabbli, l-emittent tat-titoli sottostanti. IX. Raġunijiet għall-offerta, użu tar-rikavati u, meta applikabbli, informazzjoni relatata mal-ESG (Nota dwar it-titoli) Għal titoli mingħajr ekwità għajr dawk imsemmija fl-Artikolu 7(1), it-tieni subparagrafu, tiġi pprovduta informazzjoni dwar ir-raġunijiet għall-offerta u, meta applikabbli, l-ammont nett stmat tar-rikavati diżaggregat f’kull użu intenzjonat prinċipali u ppreżentat skont l-ordni tal-prijorità ta’ dawn l-użi. Meta l-emittent ikun konxju li r-rikavati antiċipati ma humiex ser ikunu biżżejjed sabiex jiffinanzjaw l-użi proposti kollha, jeħtieġlu jiddikjara l-ammont u s-sorsi tal-fondi l-oħrajn meħtieġa. Għal titoli mingħajr ekwità msemmija fl-Artikolu 7(1), it-tieni subparagrafu, l-użu u l-ammont nett stmat tar-rikavati. Meta applikabbli, informazzjoni relatata mal-ESG f’konformità mal-iskeda kif speċifikata aktar fl-att delegat imsemmi fl-Artikolu 13(1), l-ewwel subparagrafu, filwaqt li jitqiesu l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 13(1), it-tieni subparagrafu, il-punt (g). X. Kunflitti ta’ interess (Nota dwar it-titoli) Tiġi pprovduta informazzjoni dwar kwalunkwe interess relatat mal-ħruġ, inkluż kunflitti ta’ interess, u b’dettalji tal-persuni involuti u n-natura tal-interess. XI. Dokumenti disponibbli (Dokument tar-reġistrazzjoni) Dikjarazzjoni li matul it-terminu tal-Prospett ta’ Segwitu tal-UE, jistgħu jiġu spezzjonati d-dokumenti li ġejjin, meta jkun applikabbli:
(a)
il-memorandum u l-istatut ta’ assoċjazzjoni aġġornati tal-emittent;
(b)
ir-rapporti, l-ittri, u d-dokumenti l-oħrajn kollha, il-valwazzjonijiet u d-dikjarazzjonijiet imħejjija minn espert fuq talba tal-emittent, li kwalunkwe parti minnhom tkun inkluża jew imsemmija fil-Prospett ta’ Segwitu tal-UE. Indikazzjoni fuq is-sit web dwar liema dokumenti jistgħu jiġu spezzjonati. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|