+Artikolu 22 Rieżami u evalwazzjoni
---+Artikolu 22 1.
---+Artikolu 22 5.
---+Artikolu 22 6.
---+Artikolu 22 7.
---+Artikolu 22 8.
---+Artikolu 22 9.
---+Artikolu 22 10.
---+Artikolu 22 11.
|
Artikolu 22 Rieżami u evalwazzjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 22 1.
|
L-awtorità kompetenti għandha tirrieżamina l-arranġamenti, l-istrateġiji, il-proċessi u l-mekkaniżmi implimentati minn CSD, inkluż il-pjanijiet imsemmija fl-Artikolu 22a, fir-rigward tal-konformità ma' dan ir-Regolament u għandha tevalwa r-riskji li s-CSD huwa espost għalihom, jew li jista' jkun espost għalihom, jew li joħloq, għall-funzjonament bla xkiel tas-swieq tat-titoli jew l-istabbiltà tas-swieq finanzjarji. L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi l-frekwenza u l-profondità tar-rieżami u l-evalwazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu billi tqis id-daqs, l-importanza sistemika, il-profil tar-riskju, in-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tas-CSD ikkonċernat. Ir-rieżami u l-evalwazzjoni għandhom iseħħu mill-inqas kull tliet snin.
|
|
Artikolu 22 5.
|
L-awtorità kompetenti għandha tissoġġetta lis-CSD għal spezzjonijiet fuq il-post.
|
|
Artikolu 22 6.
|
Meta twettaq ir-rieżami u l-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti għandha, fi stadju bikri, tibgħat l-informazzjoni meħtieġa lill-awtoritajiet rilevanti u, fejn applikabbli, lill-awtorità msemmija fl-Artikolu 67 tad-Direttiva 2014/65/UE, u għandha tikkonsultahom dwar jekk ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament jew rekwiżiti oħra tad-dritt tal-Unjoni huma ssodisfati mis-CSD fir-rigward tal-funzjonament tas-sistemi ta' saldu tat-titoli mħaddma mis-CSD. L-awtoritajiet ikkonsultati jistgħu joħorġu opinjoni motivata fl-oqsma ta' kompetenza tagħhom fi żmien tliet xhur minn meta jirċievu l-informazzjoni mill-awtorità kompetenti. Meta awtorità kkonsultata ma tagħtix opinjoni sa dik l-iskadenza, hija għandha titqies li għandha opinjoni pożittiva. Meta awtorità kkonsultata toħroġ opinjoni negattiva motivata u l-awtorità kompetenti ma taqbilx magħha, dik l-awtorità kompetenti għandha, fi żmien xahar minn meta tirċievi l-opinjoni negattiva, tipprovdi lill-awtorità kkonsultata raġunament li jindirizza l-opinjoni negattiva. Kwalunkwe waħda mill-awtoritajiet ikkonsultati li tkun ħarġet opinjoni negattiva tista' tirreferi l-kwistjoni lill-ESMA għall-assistenza skont l-Artikolu 31(2), il-punt (c), tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. Meta l-kwistjoni ma tiġix solvuta fi żmien xahar mir-riferiment tagħha lill-ESMA, l-awtorità kompetenti għandha tieħu d-deċiżjoni finali dwar ir-rieżami u l-evalwazzjoni u tipprovdi spjegazzjoni dettaljata tad-deċiżjoni tagħha bil-miktub lill-awtoritajiet rilevanti. Opinjonijiet negattivi msemmija fir-raba' subparagrafu għandhom jiddikjaraw bil-miktub ir-raġunijiet sħaħ u dettaljati għaliex ir-rekwiżiti stabbiliti f'dan ir-Regolament jew f'rekwiżiti oħra tad-dritt tal-Unjoni ma ġewx issodisfati.
|
|
Artikolu 22 7.
|
L-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-awtoritajiet rilevanti, l-ESMA u, fejn applikabbli, lill-kulleġġ imsemmi fl-Artikolu 24a ta' dan ir-Regolament u lill-awtorità msemmija fl-Artikolu 67 tad-Direttiva 2014/65/UE bir-riżultati tar-rieżami u tal-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, inkluż kwalunkwe azzjoni ta' rimedju jew penali.
|
|
Artikolu 22 8.
|
Meta jwettqu r-rieżami u l-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti responsabbli mis-superviżjoni tas-CSDs li jkollhom it-tipi ta’ relazzjonijiet msemmija fil-punti (a), (b) u (c) tal-Artikolu 17(6) għandhom jipprovdu lil xulxin l-informazzjoni rilevanti kollha li aktarx tiffaċilita l-kompiti tagħhom.
|
|
Artikolu 22 9.
|
L-awtorità kompetenti għandha tesiġi lil CSD li ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament sabiex fi stadju bikri jieħu l-azzjonijiet jew il-passi meħtieġa biex jindirizza s-sitwazzjoni.
|
|
Artikolu 22 10.
|
F’kooperazzjoni mill-qrib mal-membri tas-SEBĊ, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika dan li ġej:
(a)
l-informazzjoni li s-CSD għandu jipprovdi lill-awtorità kompetenti għall-finijiet tar-rieżami u evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1;
▼M4
(b)
l-informazzjoni li l-awtorità kompetenti għandha tipprovdi f'konformità mal-paragrafu 7;
▼B
(c)
l-informazzjoni li l-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafu 8 għandhom jipprovdu lil xulxin.
L-ESMA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sas-17 ta’ Jannar 2025. Qiegħda tiġi ddelegata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
|
Artikolu 22 11.
|
L-ESMA għandha tiżviluppa, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-membri tas-SEBĊ, abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni sabiex tiddetermina formoli, mudelli u proċeduri standard għall-forniment tal-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 10. L-ESMA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni sas-17 ta’ Jannar 2025 Qiegħda tingħata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 17.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0909
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|