+Artikolu 26 Dispożizzjonijiet ġenerali
---+Artikolu 26 1.
---+Artikolu 26 2.
---+Artikolu 26 3.
---+Artikolu 26 4.
---+Artikolu 26 5.
---+Artikolu 26 6.
---+Artikolu 26 7.
---+Artikolu 26 8.
---+Artikolu 26 9.
|
Artikolu 26 Dispożizzjonijiet ġenerali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 26 1.
|
CSD għandu jkollu arranġamenti ta’ governanza robusti, li jinkludu struttura organizzattivi ċara b’linji ta’ responsabbiltà definiti sew, trasparenti u konsistenti, proċessi effettivi sabiex jidentifika, jamministra, jimmonitorja u jirrapporta r-riskji li huwa, jew li jista’ jkun, espost għalihom, u politiki ta’ remunerazzjoni u mekkaniżmi ta’ kontroll intern adegwati, inklużi proċeduri amministrattivi u tal-kontabbiltà sodi.
|
|
Artikolu 26 2.
|
CSD għandu jadotta politiki u proċeduri li huma effettivi biżżejjed sabiex jiżguraw konformità ma’ dan ir-Regolament, inkluża konformità tal-maniġers u l-impjegati tiegħu mad-dispożizzjonijiet kollha ta’ dan ir-Regolament. Meta CSD ikun biħsiebu jipprovdi servizzi anċillari ta' tip bankarju lil CSDs oħra skont l-Artiklu54 (2a), l-ewwel subparagrafu, il-punt (b), dak is-CSD għandu jkollu fis-seħħ regoli u proċeduri ċari li jindirizzaw kunflitti ta' interess potenzjali u li jimmitigaw ir-riskju ta' trattament diskriminatorju fil-konfront ta' dawk l-CSDs l-oħrajn u tal-parteċipanti tagħhom.
|
|
Artikolu 26 3.
|
CSD għandu jżomm u jħaddem arranġamenti organizzattivi u amministrattivi effettivi miktuba sabiex jidentifika u jimmaniġġa kwalunkwe kunflitt ta' interess potenzjali bejn il-parteċipanti tiegħu jew il-klijenti tagħhom u s-CSD stess, inkluż:
(c)
il-membri tal-korp maniġerjali tas-CSD;
(d)
kwalunkwe persuna b'kontroll dirett jew indirett fuq is-CSD;
(e)
kwalunkwe persuna b'rabtiet mill-qrib ma' kwalunkwe waħda mill-persuni elenkati fil-punti (a), (b) u (c); u
(f)
kwalunkwe persuna b'rabtiet mill-qrib mas-CSD stess.
CSD għandu jżomm u jimplimenta proċeduri ta' riżoluzzjoni adegwati fejn ikun hemm il-possibbiltà ta' kunflitti ta' interess.
|
|
Artikolu 26 4.
|
CSD għandu jqiegħed l-arranġamenti ta’ governanza tiegħu u r-regoli li jirregolaw l-attività tiegħu għad-dispożizzjoni tal-pubbliku.
|
|
Artikolu 26 5.
|
CSD għandu jkollu proċeduri adatti sabiex l-impjegati tiegħu jirrapportaw internament ksur potenzjali ta’ dan ir-Regolament permezz ta’ mezz speċifiku.
|
|
Artikolu 26 6.
|
CSD għandu jkun soġġett għal awditi regolari u indipendenti. Ir-riżultati ta’ dawn l-awditi għandhom jiġu kkomunikati lill-korp maniġerjali u jkunu disponibbli għall-awtorità kompetenti u, fejn adatt b’kont meħud ta’ konflitti ta’ interess potenzjali bejn il-membri tal-kumitat tal-utenti u s-CSD, għall-kumitat tal-utenti.
|
|
Artikolu 26 7.
|
Fejn CSD ikun parti minn grupp ta’ impriżi inklużi CSDs oħra jew istituzzjonijiet ta’ kreditu msemmija fit-Titolu IV, huwa għandu jadotta politiki u proċeduri dettaljati li jispeċifikaw kif ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-Artikolu japplikaw għall-grupp u għall-entitajiet differenti fil-grupp.
|
|
Artikolu 26 8.
|
F’kooperazzjoni mill-qrib mal-membri tas-SEBĊ, l-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika fil-livell tas-CSD u l-livell tal-grupp kif imsemmi fil-paragrafu 7:
(a)
l-għodod ta’ monitoraġġ għar-riskji tas-CSDs imsemmija fil-paragrafu 1;
(b)
ir-responsabbiltajiet tal-persunal ewlieni fir-rigward tar-riskji tas-CSDs imsemmija fil-paragrafu 1;
(c)
il-konflitti ta’ interess potenzjali msemmija fil-paragrafu 3;
(d)
il-metodi tal-awditjar imsemmija fil-paragrafu 6; u
(e)
iċ-ċirkostanzi li fihom ikun adatt, b’kont meħud ta’ konflitti ta’ interess potenzjali bejn il-membri tal-kumitat tal-utenti u s-CSD, biex ir-riżultati tal-awditjar jiġu kondiviżi mal-kumitat tal-utenti f’konformità mal-paragrafu 6.
L-ESMA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-18 ta’ Ġunju 2015. Qiegħda tiġi ddelegata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
|
Artikolu 26 9.
|
L-EBA, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-ESMA u mal-membri tas-SEBĊ, għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tiddetermina aktar id-dettalji tar-regoli u l-proċeduri msemmija fil-paragrafu 2, it-tieni subparagrafu. L-EBA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sas-17 ta’ Jannar 2025. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 17.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0909
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|