|
+Artikolu 54 9. |
Artikolu 54 9.L-EBA, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-membri tas-SEBĊ u l-ESMA, għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tiddetermina l-livell limitu msemmi fil-paragrafu 5 u r-rekwiżiti prudenzjali u ta' ġestjoni tar-riskju li jakkumpanjawhom u li jkunu xierqa għall-mitigazzjoni tar-riskju fir-rigward tan-nomina ta' istituzzjonijiet ta' kreditu f'konformità mal-paragrafu 2a. Meta tiżviluppa dawk l-istandards, l-EBA għandha tqis dan li ġej:
(a)
l-implikazzjonijiet għall-istabbiltà tas-suq li jistgħu jirriżultaw minn bidla fil-profil tar-riskju tas-CSDs u l-parteċipanti tagħhom, inkluż l-importanza sistemika tas-CSDs għall-funzjonament tas-swieq tat-titoli;
(b)
l-implikazzjonijiet għar-riskji ta' kreditu u ta' likwidità għas-CSDs, għall-istituzzjonijiet ta' kreditu nominati involuti u għas-CSDs parteċipanti li jirriżultaw mis-saldu ta' pagamenti fi flus kontanti permezz ta' kontijiet miftuħa ma' istituzzjonijiet ta' kreditu li mhumiex soġġetti għall-paragrafu 4;
(c)
il-possibbiltà għas-CSDs li jsaldaw pagamenti fi flus kontanti f'diversi muniti;
(d)
il-ħtieġa li jiġu evitati kemm bidla mhux intenzjonata mis-saldu fi flus tal-bank ċentrali għal saldu fi flus tal-bank kummerċjali kif ukoll diżinċentivi għall-isforzi tas-CSDs biex isaldu fi flus tal-bank ċentrali; u
(e)
il-ħtieġa li jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwivalenti fost is-CSDs fl-Unjoni. L-EBA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sas-17 ta’ Jannar 2025. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|