+Artikolu 54 Awtorizzazzjoni u nomina għall-forniment ta’ servizzi anċillari ta’ tip bankarju
---+Artikolu 54 1.
---+Artikolu 54 2.
---+Artikolu 54 2a.
---+Artikolu 54 3.
---+Artikolu 54 4.
---+Artikolu 54 4a.
---+Artikolu 54 5.
---+Artikolu 54 6.
---+Artikolu 54 7.
---+Artikolu 54 8.
---+Artikolu 54 9.
|
Artikolu 54 Awtorizzazzjoni u nomina għall-forniment ta’ servizzi anċillari ta’ tip bankarju
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 54 1.
|
CSD ma għandux huwa stess jipprovdi xi servizzi anċillari ta’ tip bankarju stabbiliti fit-Taqsima C tal-Anness dment li ma jkunx kiseb awtorizzazzjoni addizzjonali biex jipprovdi servizzi bħal dawn skont dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 54 2.
|
CSD li jkun biħsiebu jsalda l-pagamenti ta' flus kontanti tgħas-sistemi ta' saldu tat-titoli kollha tiegħu jew ta' parti minnhom permezz tal-kontijiet tiegħu stess f'konformità mal-Artikolu 40(2) jew li b'xi mod ieħor biħsiebu jipprovdi kwalunkwe servizz anċillari ta' tip bankarju msemmi fil-paragrafu 1 għandu jiġi awtorizzat skont il-kundizzjonijiet speċifikati fil-paragrafi 3, 6, 7, 8 u 9a ta' dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 54 2a.
|
CSD li jkun biħsiebu jsalda l-pagamenti bi flus kontanti għas-sistemi ta' saldu tat-titoli kollha tiegħu jew ta' parti minnhom permezz ta' kontijiet miftuħa ma' istituzzjoni ta' kreditu jew ma' CSD f'konformità mal-Artikolu 40(2) għandu jkun awtorizzat, skont il-kundizzjonijiet speċifikati fil-paragrafi 3 sa 9a ta' dan l-Artikolu, li jinnomina għal dak l-għan wieħed jew aktar minn dawn:
(a)
istituzzjoni ta' kreditu awtorizzata f'konformità mal-Artikolu 8 tad-Direttiva 2013/36/UE; jew
(b)
CSDs awtorizzati li jipprovdu servizzi anċillari ta' tip bankarju skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.
Awtorizzazzjoni biex jiġu nnominati istituzzjonijiet ta' kreditu jew CSDs f'konformità mal-ewwel subparagrafu għandha tintuża biss fir-rigward tas-servizzi anċillari ta' tip bankarju msemmija fit-Taqsima C tal-Anness għas-saldu tal-pagamenti bi flus kontanti għas-sistemi ta' saldu tat-titoli kollha tas-CSD jew ta' parti minnhom li tkun qed tfittex li tuża s-servizzi anċillari ta' tip bankarju, u li ma twettaq l-ebda attività oħra. L-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-CSDs awtorizzati li jipprovdu servizzi anċillari ta' tip bankarju nominati f'konformità mal-ewwel subparagrafu għandhom jitqiesu bħala aġenti tas-saldu.
|
|
Artikolu 54 3.
|
Meta CSD jfittex li jipprovdi kwalunkwe servizz anċillari ta’ tip bankarju mill-istess entità legali bħal dik li topera s-sistema ta’ saldu tat-titoli, l-awtorizzazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tingħata biss meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a)
is-CSD huwa awtorizzat bħala istituzzjoni ta’ kreditu kif previst fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 2013/36/UE;
(b)
is-CSD jissodisfa r-rekwiżiti prudenzjali kif stabbiliti fl-Artikolu 59(1), (3) u (4) u r-rekwiżiti superviżorji stabbiliti fl-Artikolu 60;
(c)
l-awtorizzazzjoni msemmija fil-punt (a) ta’ dan is-subparagrafu tintuża biss biex jingħataw is-servizzi anċillari ta’ tip bankarju msemmija fit-Taqsima C tal-Anness, u mhux jitwettqu xi attivitajiet oħra;
(d)
is-CSD hu soġġett għal surcharge addizzjonali fuq il-kapital li jirrifletti r-riskji, inklużi r-riskji għall-kreditu u l-likwidità, li jirriżultaw mill-għoti ta’ kreditu ta’ matul l-istess jum, fost oħrajn, lill-parteċipanti f’sistema ta’ saldu ta’ titoli jew utenti oħra tas-servizzi tas-CSD;
(e)
is-CSD jirrapporta mill-inqas ta’ kull xahar lill-awtorità kompetenti u kull sena bħala parti mill-iżvelar pubbliku tiegħu kif meħtieġ skont il-Parti Tmienja tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar il-portata u l-ġestjoni tar-riskju ta’ likwidità matul l-istess jum skont il-punt (j) tal-Artikolu 59(4) ta’ dan ir-Regolament;
(f)
is-CSD jkun ippreżenta lill-awtorità kompetenti pjan adegwat ta’ rkupru biex jiżgura l-kontinwità tal-operazzjonijiet kritiċi tiegħu, inkluż f’sitwazzjonijiet fejn ir-riskju tal-likwidità jew tal-kreditu jikkristallizza bħala riżultat tal-provvista ta’ servizzi anċillari ta’ tip bankarju.
Fil-każ ta’ dispożizzjonijiet konfliġġenti stipulati f’dan ir-Regolament, fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fid-Direttiva 2013/36/UE, is-CSD msemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu għandu jikkonforma mar-rekwiżiti aktar stretti dwar superviżjoni prudenzjali. L-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-Artikoli 47 u 59 ta’ dan ir-Regolament għandhom jiċċaraw il-każijiet ta’ dispożizzjonijiet konfliġġenti.
|
|
Artikolu 54 4.
|
Meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin, CSD jista' jiġi awtorizzat jinnomina istituzzjoni ta' kreditu biex tipprovdi servizzi anċillari ta' tip bankarju għas-saldu tal-pagamenti bi flus kontanti għas-sistemi ta' saldu tat-titoli kollha ta' dak is-CSD jew ta' parti minnhom skont il-paragrafu 2a, il-punt (a):
(a)
l-istituzzjoni ta' kreditu tissodisfa r-rekwiżiti prudenzjali kif stabbiliti fl-Artikolu 59(1), (3) u (4) u r-rekwiżiti superviżorji stabbiliti fl-Artikolu 60;
(b)
l-istituzzjoni ta' kreditu ma twettaqx hija stess xi wieħed mis-servizzi ewlenin imsemmija fit-Taqsima A tal-Anness;
(c)
l-awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2013/36/UE tintuża biss biex jiġu pprovduti s-servizzi anċillari ta' tip bankarju msemmija fit-Taqsima C tal-Anness għas-saldu tal-pagamenti bi flus kontanti għas-sistemi ta' saldu tat-titoli kollha tas-CSD jew ta' parti minnha li tkun qed tfittex li tuża s-servizzi anċillari ta' tip bankarju, u li ma twettaq l-ebda attività oħra;
(d)
l-istituzzjoni ta' kreditu hija soġġetta għal surcharge addizzjonali fuq il-kapital li jirrifletti r-riskji, inkluż ir-riskji għall-kreditu u l-likwidità, li jirriżultaw mill-għoti ta' kreditu ta' matul l-istess jum, fost oħrajn, lill-parteċipanti f'sistema ta' saldu tat-titoli jew utenti oħra tas-servizzi tas-CSD;
(e)
l-istituzzjoni ta' kreditu tirrapporta mill-inqas kull xahar lill-awtorità kompetenti u tiddivulga lill-pubbliku kull sena bħala parti mid-divulgazzjoni pubblika tagħha kif meħtieġ skont il-Parti Tmienja tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar il-portata u l-ġestjoni tar-riskju ta' likwidità matul l-istess jum skont l-Artikolu 59(4), il-punt (j) ta' dan ir-Regolament; u
(f)
l-istituzzjoni ta' kreditu tkun ippreżentat lill-awtorità kompetenti pjan adegwat ta' rkupru biex tiżgura l-kontinwità tal-operazzjonijiet kritiċi tagħha, inkluż f'sitwazzjonijiet fejn ir-riskju tal-likwidità jew tal-kreditu jimmaterjalizza bħala riżultat tal-provvista ta' servizzi anċillari ta' tip bankarju mill-istess entità legali separata.
|
|
Artikolu 54 4a.
|
Meta CSD ifittex li jinnomina istituzzjoni ta' kreditu jew CSD f'konformità mal-paragrafu 2a biex isalda l-pagamenti bi flus kontanti tas-sistemi ta' saldu tat-titoli kollha tiegħu jew ta' parti minnhom, tali pagamenti bi flus kontanti ma għandhomx ikunu f'munita tal-pajjiż fejn ikun stabbilit is-CSD nominat.
|
|
Artikolu 54 5.
|
Il-paragrafu 4 ma għandux japplika għall-istituzzjonijiet ta' kreditu msemmija fil-paragrafu 2a, il-punt (a), u l-paragrafu 4a ma għandux japplika għall-istituzzjonijiet ta' kreditu u għas-CSDs imsemmija fil-paragrafu 2a, li joffru li jsaldaw il-pagamenti fi flus kontanti għas-sistemi ta' saldu tat-titoli tas-CSD kollha jew ta’ parti minnhom, jekk il-valur totali ta' tali saldu fi flus kontanti permezz ta' kontijiet miftuħa ma' dawk l-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-CSDs, kif applikabbli, ikkalkulat fuq perjodu ta' sena, ma jaqbiżx il-livell limitu ddeterminat f'konformità mal-paragrafu 9. L-awtorità kompetenti għandha timmonitorja li tal-anqas darba fis-sena, il-livell limitu msemmi fl-ewwel subparagrafu jiġi rispettat. L-awtorità kompetenti għandha tibgħat is-sejbiet tagħha flimkien mad-data sottostanti lill-ESMA u lill-EBA. L-awtorità kompetenti għandha tibgħat ukoll is-sejbiet tagħha lill-membri tas-SEBĊ. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 40(1), meta l-awtorità kompetenti tiddetermina li jkun inqabeż il-livell limitu, l-awtorità kompetenti għandha titlob lis-CSD ikkonċernat ifittex awtorizzazzjoni f'konformità mal-paragrafu 2. Is-CSD ikkonċernat għandu jippreżenta l-applikazzjoni tiegħu għal awtorizzazzjoni fi żmien sitt xhur.
|
|
Artikolu 54 6.
|
Meta l-awtorità kompetenti tqis li l-iskopertura ta' istituzzjoni ta' kreditu waħda għall-konċentrazzjoni tar-riskji skont l-Artikolu 59(3) u (4) mhijiex mitigata biżżejjed, l-awtorità kompetenti tista' titlob lil CSD jinnomina aktar minn istituzzjoni ta' kreditu waħda jew CSD wieħed imsemmi fil-paragrafu 2a, jew jinnomina istituzzjoni ta' kreditu jew CSD imsemmi fil-paragrafu 2a, minbarra li jipprovdi servizzi huwa stess f'konformità mal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 54 7.
|
CSD awtorizzat li jipprovdi kwalunkwe servizz anċillari ta' tip bankarju u istituzzjoni ta' kreditu nominata f'konformità mal-paragrafu 2a, il-punt (a), għandhom jikkonformaw f'kull ħin mal-kundizzjonijiet meħtieġa għall-awtorizzazzjoni skont dan ir-Regolament u għandhom, mingħajr dewmien, jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti dwar kwalunkwe tibdil sostantiv li jaffettwa l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni.
|
|
Artikolu 54 8.
|
L-EBA għandha, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-ESMA u l-membri tas-SEBĊ, tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tiddetermina s-surcharge addizzjonali fuq il-kapital ibbażat fuq ir-riskji msemmi fil-punt (d) tal-paragrafu 3 u l-punt (d) tal-paragrafu 4. L-EBA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-18 ta' Ġunju 2015. Qiegħda tiġi ddelegata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
|
Artikolu 54 9.
|
L-EBA, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-membri tas-SEBĊ u l-ESMA, għandha tiżviluppa abbozz ta' standards tekniċi regolatorji biex tiddetermina l-livell limitu msemmi fil-paragrafu 5 u r-rekwiżiti prudenzjali u ta' ġestjoni tar-riskju li jakkumpanjawhom u li jkunu xierqa għall-mitigazzjoni tar-riskju fir-rigward tan-nomina ta' istituzzjonijiet ta' kreditu f'konformità mal-paragrafu 2a. Meta tiżviluppa dawk l-istandards, l-EBA għandha tqis dan li ġej:
(a)
l-implikazzjonijiet għall-istabbiltà tas-suq li jistgħu jirriżultaw minn bidla fil-profil tar-riskju tas-CSDs u l-parteċipanti tagħhom, inkluż l-importanza sistemika tas-CSDs għall-funzjonament tas-swieq tat-titoli;
(b)
l-implikazzjonijiet għar-riskji ta' kreditu u ta' likwidità għas-CSDs, għall-istituzzjonijiet ta' kreditu nominati involuti u għas-CSDs parteċipanti li jirriżultaw mis-saldu ta' pagamenti fi flus kontanti permezz ta' kontijiet miftuħa ma' istituzzjonijiet ta' kreditu li mhumiex soġġetti għall-paragrafu 4;
(c)
il-possibbiltà għas-CSDs li jsaldaw pagamenti fi flus kontanti f'diversi muniti;
(d)
il-ħtieġa li jiġu evitati kemm bidla mhux intenzjonata mis-saldu fi flus tal-bank ċentrali għal saldu fi flus tal-bank kummerċjali kif ukoll diżinċentivi għall-isforzi tas-CSDs biex isaldu fi flus tal-bank ċentrali; u
(e)
il-ħtieġa li jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwivalenti fost is-CSDs fl-Unjoni.
L-EBA għandha tippreżenta dak l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sas-17 ta’ Jannar 2025. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f'konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 17.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0909
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|