|
+Artikolu 12 2. |
Artikolu 12 2.Ir-riskji tar-responsabbiltà professjonali kif definit fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu, mingħajr ma jkunu limitati għal, ir-riskji ta’:
(a)
telf ta’ dokumenti li jixhdu l-jedd fuq assi tal-AIF;
(b)
misrappreżentazzjonijiet jew dikjarazzjonijiet li jqarrqu magħmula lill-AIF jew lill-investituri tiegħu;
(c)
atti, żbalji jew ommissjonijiet li jirriżultaw fi ksur ta’:
(i)
obbligi ġuridiċi u regolatorji;
(ii)
dmir ta’ ħila u attenzjoni fir-rigward tal-AIF u l-investituri tiegħu;
(iii)
dmirijiet fiduċjarji;
(iv)
obbligi ta’ kunfidenzjalità;
(v)
regoli jew strumenti ta’ inkorporazzjoni tal-AIF;
(vi)
termini tal-ħatra tal-AIFM mill-AIF;
(d)
nuqqas li jistabbilixxi, jimplimenta u jżomm proċeduri xierqa li jimpedixxu atti diżonesti, frodulenti jew malizjużi;
(e)
valwazzjoni tal-assi mwettqa ħażin jew kalkolu tal-prezzijiet tal-unitajiet/ishma;
(f)
telf li jirriżultaw minn tfixkil tan-negozju, nuqqasijiet fis-sistema, nuqqas ta’ proċessar tat-tranżazzjonijiet jew immaniġġjar tal-proċessi. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|