+Artikolu 12 Riskji tar-responsabbiltà professjonali
---+Artikolu 12 1.
---+Artikolu 12 2.
---+Artikolu 12 3.
|
Artikolu 12 Riskji tar-responsabbiltà professjonali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 12 1.
|
Ir-riskji tar-responsabbiltà professjonali li għandhom jiġu koperti skont l-Artikolu 9(7) tad-Direttiva 2011/61/UE għandhom ikunu r-riskji ta’ telf jew dannu kkawżat minn persuna rilevanti permezz ta’ twettiq negliġenti tal-attivitajiet li għalihom l-AIFM ikollu responsabbiltà ġuridika.
|
|
Artikolu 12 2.
|
Ir-riskji tar-responsabbiltà professjonali kif definit fil-paragrafu 1 għandhom jinkludu, mingħajr ma jkunu limitati għal, ir-riskji ta’:
(a)
telf ta’ dokumenti li jixhdu l-jedd fuq assi tal-AIF;
(b)
misrappreżentazzjonijiet jew dikjarazzjonijiet li jqarrqu magħmula lill-AIF jew lill-investituri tiegħu;
(c)
atti, żbalji jew ommissjonijiet li jirriżultaw fi ksur ta’:
(i)
obbligi ġuridiċi u regolatorji;
(ii)
dmir ta’ ħila u attenzjoni fir-rigward tal-AIF u l-investituri tiegħu;
(iv)
obbligi ta’ kunfidenzjalità;
(v)
regoli jew strumenti ta’ inkorporazzjoni tal-AIF;
(vi)
termini tal-ħatra tal-AIFM mill-AIF;
(d)
nuqqas li jistabbilixxi, jimplimenta u jżomm proċeduri xierqa li jimpedixxu atti diżonesti, frodulenti jew malizjużi;
(e)
valwazzjoni tal-assi mwettqa ħażin jew kalkolu tal-prezzijiet tal-unitajiet/ishma;
(f)
telf li jirriżultaw minn tfixkil tan-negozju, nuqqasijiet fis-sistema, nuqqas ta’ proċessar tat-tranżazzjonijiet jew immaniġġjar tal-proċessi.
|
|
Artikolu 12 3.
|
Ir-riskji tar-responsabbiltà professjonali għandhom ikunu koperti l-ħin kollu jew permezz ta’ fondi proprji addizzjonali xierqa determinati skont l-Artikolu 14 jew permezz ta’ kopertura xierqa ta’ assigurazzjoni tal-indennizz professjonali determinata skont l-Artikolu 15.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0231
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|