+Artikolu 63 1.

Artikolu 63 1.

Għal kwalunke persuna rilevanti li hija involuta f’attivitajiet li jistgħu joħolqu konflitt ta’ interess, jew li jkollha aċċess għal informazzjoni privileġġata, skont it-tifsira tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2003/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2003 dwar insider dealing u manipulazzjoni tas-suq (abbuż tas-suq) ( 3 ) jew informazzjoni kunfidenzjali oħra marbuta mal-AIF jew mat-tranżazzjonijiet ma’ jew għal AIF, AIFM għandu jistabbilixxi, jimplimenta u jżomm arranġamenti adegwati mmirati biex jimpedixxi tali persuni rilevanti milli:

(a) 

jidħlu fitranżazzjoni personali fi strumenti finanzjarji jew assi oħra li jissodisfaw wieħed mill-kriterji li ġejjin:

(i) 

it-tranżazzjoni hija soġġetta għall-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2003/6/KE;

(ii) 

it-tranżazzjoni tinvolvi l-abbuż jew id-divulgazzjoni skorretta ta’ informazzjoni kunfidenzjali;

(iii) 

it-tranżazzjoni tikkonfliġġi jew x’aktarx tkun f’kunflitt ma’ obbligu tal-AIFM skont id-Direttiva 2011/61/UE;

(b) 

tagħti pariri jew tħajjar, minbarra fit-twettiq tajjeb tal-impjieg tagħha jew kuntratt għal servizzi, kwalunkwe persuna oħra biex tidħol fi tranżazzjoni personali msemmija fil-punt (a)(i) u (ii), jew li altrimenti tkun tikkostitwixxi abbuż tal-informazzjoni marbuta ma’ ordnijiet pendenti;

(c) 

tiddivulga, minbarra fit-twettiq tajjeb tal-impjieg tagħha jew kuntratt għal servizzi u mingħajr ħsara għall-Artikolu 3(a) tad-Direttiva 2003/6/KE, kwalunkwe informazzjoni jew opinjoni lil kwalunkwe persuna oħra jekk il-persuna rilevanti tkun taf, jew raġonevolment imissha tkun taf, li b’riżultat ta’ dik id-divulgazzjoni dik il-persuna l-oħra se tieħu jew x’aktarx li tieħu xi wieħed mill-passi li ġejjin:

(i) 

tidħol fi tranżazzjoni personali msemmija fil-punt (a)(i) u (ii) fi strumenti finanzjarji jew assi oħrajn jew li altrimenti tkun tikkostitwixxi abbuż mill-informazzjoni dwar ordnijiet pendenti;

(ii) 

tagħti parir jew tħajjar persuna oħra biex tidħol f’tali tranżazzjoni.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0231
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.