+Artikolu 90 Dmirijiet ta’ salvagwardja marbuta mal-verifika tas-sjieda u żżamma tar-rekords
---+Artikolu 90 1.
---+Artikolu 90 2.
---+Artikolu 90 3.
---+Artikolu 90 4.
---+Artikolu 90 5.
|
Artikolu 90 Dmirijiet ta’ salvagwardja marbuta mal-verifika tas-sjieda u żżamma tar-rekords
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 90 1.
|
AIFM għandu jipprovdi lid-depożitarju, malli jibda d-dmirijiet tiegħu u fuq bażi kontinwa, bl-informazzjoni rilevanti kollha li d-depożitarju jeħtieġ biex jikkonforma mal-obbligi tiegħu skont il-punt (b) tal-Artikolu 21(8) tad-Direttiva 2011/61/UE, u jiżgura li d-depożitarju jingħata l-informazzjoni rilevanti kollha mingħand il-partijiet terzi.
|
|
Artikolu 90 2.
|
Sabiex jikkonforma mal-obbligi msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 21(8) tad-Direttiva 2011/61/UE, depożitarju għandu mill-inqas:
(a)
ikollu aċċess mingħajr dewmien żejjed għall-informazzjoni rilevanti kollha li jeħtieġ biex iwettaq il-verifika tiegħu tas-sjieda u d-dmirijiet taż-żamma ta’ reġistri, inkluża l-informazzjoni rilevanti li għandha tingħata lid-depożitarju minn partijiet terzi;
(b)
ikollu informazzjoni suffiċjenti u affidabbli biex ikun issodisfat mid-dritt ta’ sjieda tal-AIF jew mid-dritt tas-sjieda tal-AIFM li jaġixxi f’isem l-AIF fuq l-assi;
(c)
iżżomm rekord ta’ dawk l-assi li għalihom ikun issodisfat li l-AIF jew l-AIFM li jaġixxi f’isem l-AIF jkollu s-sjieda. Sabiex jikkonforma ma’ dan l-obbligu, id-depożitarju għandu:
(i)
jirreġistra fir-rekords tiegħu, f’isem l-AIF, assi, inklużi l-ammonti nozzjonali rispettivi tagħhom, li għalihom huwa ssodisfat li l-AIF jew l-AIFM li jaġixxu f’isem l-AIF jkollu sjieda;
(ii)
ikunu kapaċi jipprovdi fi kwalunkwe ħin inventarju komprensiv u aġġornat tal-assi tal-AIF, inklużi l-ammonti nozzjonali rispettivi tagħhom.
Għall-finijiet tal-punt (c)(ii) tal-paragrafu 2, id-depożitarju għandu jiżgura li hemm fis-seħħ proċeduri biex l-assi reġistrati ma jkunux jistgħu jiġu assenjati, ittrasferiti, skambjati jew ikkunsinnati mingħajr ma d-depożitarju jew id-delegat tiegħu jiġi infurmat b’dawn it-tranżazzjonijiet u d-depożitarju għandu jkollu aċċess mingħajr dewmien żejjed għal evidenza dokumentarja ta’ kull tranżazzjoni u pożizzjoni mingħand il-parti terza rilevanti. L-AIFM għandu jiżgura li l-parti terza rilevanti tipprovdi lid-depożitarju mingħajr dewmien żejjed b’ċertifikati jew evidenza oħra dokumentarja kull darba li jsir bejgħ jew akkwist ta’ assi jew azzjoni korporattiva li tirriżulta fil-ħruġ ta’ strumenti finanzjarji u mill-inqas darba fis-sena.
|
|
Artikolu 90 3.
|
Fi kwalunkwe każ, depożitarju għandu jiżgura li l-AIFM għandu u jimplimenta proċeduri xierqa biex jivverifika li l-assi akkwistati minn AIF li jimmaniġġja huma rreġistrati adegwatament f’isem l-AIF jew f’isem l-AIFM li jaġixxi f’isem l-AIF, u biex jivverifika l-konsistenza bejn il-pożizzjonijiet fir-rekords tal-AIFMs u l-assi li dwarhom id-depożitarju huwa ssodisfat li l-AIF jew l-AIFM li jaġixxi f’isem l-AIF għandu s-sjieda. L-AIFM għandu jiżgura li l-istruzzjonijiet u l-informazzjoni rilevanti kollha relatati mal-assi tal-AIF jintbagħtu lid-depożitarju, ħalli d-depożitarju jkun jista’ jwettaq il-verifika jew il-proċedura ta’ rikonċiljazzjoni tiegħu stess.
|
|
Artikolu 90 4.
|
Depożitarju għandu jwaqqaf u jimplimenta proċedura ta’ eskalazzjoni għal sitwazzjonijiet fejn tiġi skoperta xi anomalija inkluża n-notifika tal-AIFM u tal-awtoritajiet kompetenti jekk is-sitwazzjoni ma tistax tiġi ċċarata jew skont il-każ ikkoreġuta.
|
|
Artikolu 90 5.
|
Id-dmirijiet ta’ salvagwardja ta’ depożitarju msemmija fil-paragrafi 1 sa 4 għandhom japplikaw fuq bażi ta’ trasparenza għall-assi sottostanti miżmuma minn strutturi finanzjarji jew skont il-każ, ġuridiċi stabbiliti mill-AIF jew mill-AIFM li jaġixxi f’isem l-AIF għall-finijiet ta’ investiment fl-assi sottostanti u li huma kkontrollati direttament jew indirettament minn AIF jew mill-AIFM li jaġixxu f’isem l-AIF. Ir-rekwiżit imsemmi fl-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għal strutturi ta’ fond ta’ fondi jew strutturi alimentatriċi prinċipali fejn il-fondi sottostanti jkollhom depożitarju li jipprovdi funzjonijiet ta’ verifika tas-sjieda u ta’ żamma tar-rekords għall-assi ta’ dan il-fond.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 12.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0231
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|