+Artikolu 92 Dmirijiet ta’ sorveljanza - rekwiżiti ġenerali
---+Artikolu 92 1.
---+Artikolu 92 2.
---+Artikolu 92 3.
---+Artikolu 92 4.

Artikolu 92 Dmirijiet ta’ sorveljanza - rekwiżiti ġenerali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 92 1.
Mal-ħatra tiegħu, id-depożitarju għandu jivvaluta r-riskji assoċjati man-natura, id-daqs u l-kumplessità tal-istrateġija tal-AIF u l-organizzazzjoni tal-AIFM ħalli jfassal proċeduri ta’ sorveljanza li jkunu xierqa għall-AIF u l-assi li jinvesti fihom u li imbagħad jiġu implimentati u applikati. Dawn il-proċeduri għandhom jiġu aġġornati regolarment.
Artikolu 92 2.
Fit-twettiq tad-dmirijiet ta’ sorveljanza tiegħu skont l-Artikolu 21(9) tad-Direttiva 2011/61/UE, depożitarju għandu jwettaq kontrolli u verifiki ex-post tal-proċessi u l-proċeduri li jkunu taħt ir-responsabbiltà tal-AIFM, l-AIF jew parti terza maħtura. Id-depożitarju għandu fiċ-ċirkostanzi kollha jiżgura li teżisti proċedura xierqa ta’ verifika u rikonċiljazzjoni u li tiġi implimentata u applikata u eżaminata frekwentament. L-AIFM għandu jiżgura li l-istruzzjonijiet kollha relatati mal-assi u l-operazzjonijiet tal-AIF jintbagħtu lid-depożitarju, ħalli d-depożitarju jkun jista’ jwettaq il-verifika jew il-proċedura ta’ rikonċiljazzjoni tiegħu stess.
Artikolu 92 3.
Depożitarju għandu jistabbilixxi proċedura ta’ eskalazzjoni ċara u komprensiva biex jittratta ma’ sitwazzjonijiet fejn jiġu skoperti irregolaritajiet potenzjali matul id-dmirijiet tiegħu ta’ sorveljanza, li d-dettalji tagħha għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti tal-AIFM fuq talba.
Artikolu 92 4.
L-AIFM għandu jipprovdi lid-depożitarju, malli jibda dmirijietu u fuq bażi kontinwa, bl-informazzjoni relevanti kollha li jeħtieġ biex jikkonforma mal-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 21(9) tad-Direttiva 2011/61/UE inkluża l-informazzjoni li għandha tkun ipprovduta lid-depożitarju minn partijiet terzi. L-AIFM għandu partikolarment jiżgura li d-depożitarju jkun jista’ jkollu aċċess għall-kotba u biex iwettaq żjarat fuq il-post fil-bini tal-AFM u ta’ dak ta’ kwalunkwe fornitur ta’ servizzi maħtur mill-AIF jew l-AIFM, bħal amministraturi jew valwaturi esterni jew, skont il-każ, għar-rapporti ta’ reviżjoni u dikjarazzjonijiet ta’ ċertifikazzjonijiet esterni rikonoxxuti minn awdituri indipendenti u kwalifikati jew esperti oħra sabiex jiżgura l-adegwatezza u r-rilevanza tal-proċeduri fis-seħħ.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.02.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013R0231
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.