|
+Artikolu 12 1. |
Artikolu 12 1.Kull Stat Membru għandu jfassal regoli prudenzjali li kumpaniji ta’ maniġment awtorizzati f’dak l-Istat Membru, b’ kunsiderazzjoni għall-attività ta’ maniġment ta’ UCITS awtorizzata skont din id-Direttiva, għandhom josservaw f’ kull ħin. B’mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-maniġment b’ kunsiderazzjoni ukoll għan-natura tal-UCITS immaniġġjata minn kumpanija tal-maniġment, għandhom jeħtieġu li kull kumpanija ta’ din ix-xorta:
(a)
ikollha proċeduri amministrattivi u ta' kontabbiltà sodi, arranġamenti ta' kontroll u ta' salvagwardja għall-ipproċessar elettroniku tad-data, inkluż fir-rigward ta’ netwerks u sistemi tal-informazzjoni stabbiliti u ġestiti f'konformità mar-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 9 ), kif ukoll mekkaniżmi adegwati ta' kontroll intern, inkluż, b'mod partikolari, regoli għal tranżazzjonijiet personali mill-impjegati tagħha jew għaż-żamma jew il-ġestjoni ta' investimenti fi strumenti finanzjarji sabiex tinvesti f'isimha stess u għall-iżgurar, tal-anqas, li kull operazzjoni li tinvolvi lill-UCITS tkun tista' tiġi rikostruwita f'konformità mal-oriġini tagħha, il-partijiet għaliha, in-natura tagħha, u l-ħin u l-post li fihom saret u li l-assi tal-UCITS ġestiti mill-kumpanija tal-ġestjoni ikunu investiti f'konformità mar-regoli dwar il-fondi jew l-istrumenti ta' inkorporazzjoni u d-dispożizzjonijiet legali fis-seħħ;
(b)
hija strutturata u organizzata b’tali mod li jiġi minimizzat ir-riskju li l-interessi tal-UCITS jew tal-klijenti jkun ippreġudikat minn kunflitti ta’ interess bejn il-kumpannija u l-klijenti tagħha, bejn tnejn mill-klijent tagħha, bejn klijent tagħha u UCITS, jew bejn żewġ UCITS. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|