|
+Artikolu 84 3. |
Artikolu 84 3.Il-UCITS għandha, mingħajr dewmien, tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tagħha dwar dan li ġej:
(a)
meta l-UCITS tattiva jew tiddiżattiva l-għodda għall-ġestjoni tal-likwidità msemmija fl-Anness IIA, il-punt 1;
(b)
meta l-UCITS tattiva jew tiddiżattiva kwalunkwe waħda mill-għodod għall-ġestjoni tal-likwidità msemmija fl-Anness IIA, il-punti 2 sa 8, b’mod li ma jkunx fil-perkors normali tan-negozju kif previst fir-regoli tal-fond jew fl-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tal-UCITS. UCITS għandha, fi żmien raġonevoli qabel hija tattiva jew tiddiżattiva għodda għall-ġestjoni tal-likwidità msemmija fl-Anness IIA, il-punt 9, tinnotifika l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju ta’ tali attivazzjoni jew diżattivazzjoni. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS għandhom jinformaw, mingħajr dewmien, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-kumpanija tal-maniġment, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta’ domiċilju tal-UCITS, lill-AETS u, jekk ikun hemm riskji potenzjali għall-istabbiltà u l-integrità tas-sistema finanzjarja, lill-BERS, dwar kwalunkwe notifika riċevuta f’konformità ma’ dan il-paragrafu. L-AETS għandu jkollha s-setgħa li tikkondividi l-informazzjoni li tirċievi skont dan il-paragrafu mal-awtoritajiet kompetenti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|