|
+Artikolu 102 5. |
Artikolu 102 5.Il-paragrafi 1 u 4 ma għandhomx ifixklu l-iskambju ta’ informazzjoni fi Stat Membru wieħed jew bejn Stati Membri, fejn dak l-iskambju għandu jsir bejn awtorita’ kompetenti, u:
(a)
awtoritajiet b’responsabbiltà pubblika għas-superviżjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, l-impriżi ta’ investiment, l-impriżi ta’ assigurazzjoni jew l-organizzazzjonijiet finanzjarji l-oħra jew l-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni tas-swieq finanzjarji;
(b)
korpi involuti fil-likwidazzjoni jew il-falliment ta’ UCITS jew impriżi li jikkontribwixxu għall-attività tan-negozju tagħhom jew entitajiet involuti f’ proċeduri simili;
(c)
persuni responsabbli għat-twettiq ta’ awditjar statutorju tal-kontijiet tal-impriżi ta’ assigurazzjoni, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu, l-impriżi ta’ investiment u istituzzjonijiet finanzjarji oħra;
(d)
l-AETS, l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) stabbilita mir-Regolament (UE) 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 30 ), l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 31 ) u l-BERS. B’mod partikulari, il-paragrafi 1 u 4 ma għandhom ifixklu t-twettiq mill-awtoritajiet kompetenti elenkati aktar ‘il fuq tal-funzjonijiet tagħhom ta’ superviżjoni, jew fl-iżvelar lejn il-korpi li jamministraw skemi ta’ garanzija ta’ kumpens dwar l-informazzjoni meħtieġa biex jeżerċitaw il-funzjonijiet tagħhom. L-informazzjoni skambjata skont l-ewwel subparagrafu għandha tkun suġġetta għall-kundizzjonijiet ta’ segretezza professjonali imposti fil-paragrafu 1. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|