|
+Artikolu 2 Definizzjonijiet |
Artikolu 2 DefinizzjonijietArtikolu 2 Definizzjonijiet Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1)
“kapital” tfisser kontribuzzjonijiet kapitali aggregati u l-kapital impenjat mhux imħallas, ikkalkulati abbażi tal-ammonti investibbli wara li jitnaqqsu d-drittijiet, l-imposti u l-ispejjeż kollha akkarigu dirett jew indirett tal-investituri;
(2)
“investitur professjonali” tfisser investitur li huwa meqjus bħala klijent professjonali, jew li jista', fuq talba, jiġi ttrattat bħala klijent professjonali b'konformità mal-Anness II tad-Direttiva 2014/65/UE;
(3)
“investitur fil-livell tal-konsumatur” tfisser investitur li mhuwiex investitur professjonali;
(4)
“ekwità” tfisser parteċipazzjoni azzjonarja f'impriża ta' portafoll li tikkwalifika, irrappreżentat mill-ishma jew forom oħra ta' parteċipazzjoni fil-kapital tal-impriża ta' portafoll li tikkwalifika, maħruġa lill-investituri tagħha;
(5)
“kważi ekwità” tfisser kwalunkwe tip ta' strument ta' finanzjament fejn ir-redditu fuq l-istrument huwa konness mal-qligħ jew mat-telf tal-impriża ta' portafoll li tikkwalifika, u fejn il-ħlas lura tal-istrument f'każ ta' inadempjenza ma jkunx garantit bis-sħiħ;
(6)
“assi reali” tfisser assi li għandu valur intrinsiku minħabba s-sustanza u l-proprjetajiet tiegħu;
(7)
“impriża finanzjarja” tfisser waħda minn dawn li ġejjin:
(a)
istituzzjoni ta' kreditu kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 );
(b)
kumpanija tal-investiment kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;
(c)
impriża tal-assigurazzjoni kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 );
(ca)
impriża tar-riassigurazzjoni kif definita fil-punt (4) tal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2009/138/KE;
(d)
kumpanija azzjonarja finanzjarja kif definit fil-punt (20) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(e)
kumpanija azzjonarja b'attivitajiet imħallta kif definit fil-punt (22) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(f)
kumpanija maniġerjali kif definit fil-punt (b) tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2009/65/KE;
(g)
AIFM kif definit fil-punt (b) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2011/61/UE;
(8)
“AIF tal-UE” tfisser AIF tal-UE kif definit fil-punt (k) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2011/61/UE;
(9)
“AIFM tal-UE” tfisser AIFM tal-UE kif definit fil-punt (l) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2011/61/UE;
(10)
“awtorità kompetenti ta' ELTIF” tfisser awtorità kompetenti tal-AIF tal-UE fit-tifsira tal-punt (h) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2011/61/UE;
(11)
“l-Istat Membru ta' domiċilju tal-ELTIF” tfisser l-Istat Membru fejn l-ELTIF huwa awtorizzat;
(12)
“maniġer tal-ELTIF” tfisser l-AIFM tal-UE awtorizzat biex jimmaniġġja ELTIF jew l-ELTIF immaniġġjat internament meta l-forma ġuridika tal-ELTIF tippermetti maniġment intern u meta ma jkun inħatar ebda AIFM estern;
(13)
“awtorità kompetenti tal-maniġer tal-ELTIF” tfisser l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru ta' domiċilju tal-AIFM tal-UE fit-tifsira tal-punt (q) tal-Artikolu 4(1)tad-Direttiva 2011/61/UE;
(14)
“għoti b'self ta' titoli” u “teħid b'self ta' titoli” tfisser kwalunkwe tranżazzjoni li fiha kontroparti tittrasferixxi titoli soġġett għal impenn li l-mutwatarju se jagħti lura titoli ekwivalenti f'xi data futura jew meta jintalab jagħmel hekk mit-trasferitur, bit-tranżazzjoni titqies bħala għoti b'self ta' titoli għall-kontroparti li tittrasferixxi t-titoli u titqies bħala teħid b'self ta' titoli għall-kontroparti li huma ttrasferiti lilha;
(14a)
“titolizzazzjoni sempliċi, trasparenti u standardizzata” tfisser titolizzazzjoni li tikkonforma mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) 2017/2402 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 );
(14b)
“grupp” ifisser grupp kif definit fl-Artikolu 2, il-punt 11, tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 );
(15)
“tranżazzjoni ta' xiri mill-ġdid” tfisser tranżazzjoni ta' xiri mill-ġdid kif definit fil-punt (83) tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(16)
“strument finanzjarju” tfisser strument finanzjarju kif speċifikat fit-Taqsima C tal-Anness I tad-Direttiva 2014/65/UE;
(17)
“bejgħ qasir” tfisser attività kif definit fil-punt (b) tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) Nru 236/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 );
(18)
“suq regolat” tfisser suq regolat kif definit fil-punt (21) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;
(19)
“faċilità multilaterali tan-negozjar” tfisser faċilità tan-negozjar kif definit fil-punt (22) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE;
(20)
“ELTIF alimentatur” ifisser ELTIF, jew kompartiment ta’ investiment tiegħu, li jkun ġie approvat biex jinvesti mill-inqas 85 % tal-assi tiegħu f’unitajiet jew ishma ta’ ELTIF ieħor jew kompartiment ta’ investiment ta’ ELTIF;
(21)
“ELTIF prinċipali” ifisser ELTIF, jew kompartiment ta’ investiment tiegħu, li fih ELTIF ieħor jinvesti mill-inqas 85 % tal-assi tiegħu f’unitajiet jew ishma. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|