+Artikolu 10 L-assi ta’ investiment eliġibbli
---+Artikolu 10 1.
---+Artikolu 10 2.

Artikolu 10 L-assi ta’ investiment eliġibbli

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 10 1.

Assi msemmi fil-punt (a) ta-Artikolu 9(1) għandu jkun eliġibbli biss għal investiment minn ELTIF meta jaqa’ f’waħda mill-kategoriji li ġejjin:

(a) 

strumenti ta’ ekwità jew kważi ekwità li kienu:

(i) 

maħruġa minn impriża ta’ portafoll kwalifikanti kif imsemmi fl-Artikolu 11 u akkwistati mill-ELTIF mingħand dik l-impriża ta’ portafoll kwalifikanti jew mingħand parti terzi permezz tas-suq sekondarju;

(ii) 

maħruġa minn impriża ta’ portafoll kwalifikanti kif imsemmi fl-Artikolu 11 bi skambju għal strument ta’ ekwità jew kważi ekwità akkwistat preċedentement mill-ELTIF mingħand l-impriża ta’ portafoll kwalifikanti jew mingħand parti terza permezz tas-suq sekondarju;

(iii) 

maħruġa minn impriża li fiha impriża ta’ portafoll kwalifikanti kif imsemmi fl-Artikolu 11 ikollha parteċipazzjoni ta’ kapital bi skambju għal strument ta’ ekwità jew kważi ekwità akkwistat mill-ELTIF f’konformità mal-punt (i) jew (ii) ta’ dan il-punt (a);

(b) 

strumenti ta’ dejn maħruġa minn impriża ta’ portafoll kwalifikanti kif imsemmi fl-Artikolu 11;

(c) 

self mogħti mill-ELTIF lil impriża ta’ portafoll kwalifikanti kif imsemmi fl-Artikolu 11 b’maturità li ma taqbiżx il-ħajja tal-ELTIF;

(d) 

unitajiet jew ishma ta’ wieħed jew diversi minn ELTIFs, EuVECAs, EuSEFs, UCITS u AIFs tal-UE oħrajn ġestiti minn AIFMs tal-UE, dment li dawk l-ELTIFs, l-EuVECAs, l-EuSEFs, l-UCITS u l-AIFs tal-UE jinvestu f’investimenti eliġibbli kif imsemmi fl-Artikolu 9(1) u (2) u huma stess ma jkunux investew aktar minn 10 % tal-assi tagħhom fi kwalunkwe impriża ta’ investiment kollettiv oħra;

(e) 

assi reali;

(f) 

titolizzazzjonijiet sempliċi, trasparenti u standardizzati fejn l-iskoperturi sottostanti jikkorrispondu għal waħda mill-kategoriji li ġejjin:

(i) 

assi elenkati fl-Artikolu 1, il-punti (a)(i), (ii) jew (iv) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1851 ( 6 );

(ii) 

assi elenkati fl-Artikolu 1, il-punti (a)(vii) jew (viii) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/1851, dment li r-rikavati mill-bonds ta’ titolizzazzjoni jintużaw għall-finanzjament jew għar-rifinanzjament ta’ investimenti ta’ terminu twil.

(g) 

bonds maħruġa, skont Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bonds ekoloġiċi Ewropej, minn impriża ta’ portafoll kwalifikanti kif imsemmi fl-Artikolu 11.

Il-limitu stipulat fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għall-ELTIFs alimentaturi.

Artikolu 10 2.
Għall-fini tad-determinazzjoni tal-konformità mal-limitu ta’ investiment stipulat fl-Artikolu 13(1), l-investimenti mill-ELTIFs f’unitajiet jew f’ishma ta’ ELTIFs, EuVECAs, EuSEFs, UCITS u AIFs tal-UE ġestiti mill-AIFMs tal-UE għandhom jitqiesu biss għall-ammont tal-investimenti ta’ dawk l-impriżi ta’ investiment kollettiv fl-assi ta’ investiment eliġibbli msemmija fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, il-punti (a), (b), (c), (e), (f) u (g), ta’ dan l-Artikolu.

Għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-konformità mal-limitu ta’ investiment u l-limiti l-oħrajn stipulati fl-Artikolu 13 u fl-Artikolu 16(1), l-assi u l-pożizzjoni ta’ teħid b’self ta’ flus kontanti ta’ ELTIF u tal-impriżi l-oħra ta’ investiment kollettiv li fihom ikun investa l-ELTIF għandhom jiġu kkombinati.

Id-determinazzjoni tal-konformità mal-limitu ta’ investiment u mal-limiti l-oħrajn stipulati fl-Artikolu 13 u fl-Artikolu 16(1) f’konformità ma’ dan il-paragrafu għandha titwettaq abbażi tal-informazzjoni aġġornata mill-inqas fuq bażi ta’ kull tliet xhur u, fejn dik l-informazzjoni ma tkunx disponibbli fuq bażi ta’ kull tliet xhur, abbażi tal-aktar informazzjoni reċenti disponibbli.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 10.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015R0760
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.