|
+Artikolu 10 1. |
Artikolu 10 1.Assi msemmi fil-punt (a) ta-Artikolu 9(1) għandu jkun eliġibbli biss għal investiment minn ELTIF meta jaqa’ f’waħda mill-kategoriji li ġejjin:
(a)
strumenti ta’ ekwità jew kważi ekwità li kienu:
(i)
maħruġa minn impriża ta’ portafoll kwalifikanti kif imsemmi fl-Artikolu 11 u akkwistati mill-ELTIF mingħand dik l-impriża ta’ portafoll kwalifikanti jew mingħand parti terzi permezz tas-suq sekondarju;
(ii)
maħruġa minn impriża ta’ portafoll kwalifikanti kif imsemmi fl-Artikolu 11 bi skambju għal strument ta’ ekwità jew kważi ekwità akkwistat preċedentement mill-ELTIF mingħand l-impriża ta’ portafoll kwalifikanti jew mingħand parti terza permezz tas-suq sekondarju;
(iii)
maħruġa minn impriża li fiha impriża ta’ portafoll kwalifikanti kif imsemmi fl-Artikolu 11 ikollha parteċipazzjoni ta’ kapital bi skambju għal strument ta’ ekwità jew kważi ekwità akkwistat mill-ELTIF f’konformità mal-punt (i) jew (ii) ta’ dan il-punt (a);
(b)
strumenti ta’ dejn maħruġa minn impriża ta’ portafoll kwalifikanti kif imsemmi fl-Artikolu 11;
(c)
self mogħti mill-ELTIF lil impriża ta’ portafoll kwalifikanti kif imsemmi fl-Artikolu 11 b’maturità li ma taqbiżx il-ħajja tal-ELTIF;
(d)
unitajiet jew ishma ta’ wieħed jew diversi minn ELTIFs, EuVECAs, EuSEFs, UCITS u AIFs tal-UE oħrajn ġestiti minn AIFMs tal-UE, dment li dawk l-ELTIFs, l-EuVECAs, l-EuSEFs, l-UCITS u l-AIFs tal-UE jinvestu f’investimenti eliġibbli kif imsemmi fl-Artikolu 9(1) u (2) u huma stess ma jkunux investew aktar minn 10 % tal-assi tagħhom fi kwalunkwe impriża ta’ investiment kollettiv oħra;
(e)
assi reali;
(f)
titolizzazzjonijiet sempliċi, trasparenti u standardizzati fejn l-iskoperturi sottostanti jikkorrispondu għal waħda mill-kategoriji li ġejjin:
(i)
assi elenkati fl-Artikolu 1, il-punti (a)(i), (ii) jew (iv) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/1851 ( 6 );
(ii)
assi elenkati fl-Artikolu 1, il-punti (a)(vii) jew (viii) tar-Regolament Delegat (UE) 2019/1851, dment li r-rikavati mill-bonds ta’ titolizzazzjoni jintużaw għall-finanzjament jew għar-rifinanzjament ta’ investimenti ta’ terminu twil.
(g)
bonds maħruġa, skont Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bonds ekoloġiċi Ewropej, minn impriża ta’ portafoll kwalifikanti kif imsemmi fl-Artikolu 11. Il-limitu stipulat fil-punt (d) tal-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għall-ELTIFs alimentaturi. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|