+Artikolu 19 Is-suq sekondarju
---+Artikolu 19 1.
---+Artikolu 19 2.
---+Artikolu 19 2a.
---+Artikolu 19 3.
---+Artikolu 19 4.
---+Artikolu 19 5.
|
Artikolu 19 Is-suq sekondarju
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 19 1.
|
Ir-regoli jew l-istrumenti ta' inkorporazzjoni ta' ELTIF m'għandhomx jimpedixxu unitajiet jew ishma tal-ELTIF milli jiġu ammessi għan-negozjar f'suq regolat jew f'faċilità multilaterali tan-negozjar.
|
|
Artikolu 19 2.
|
Ir-regoli jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni ta’ ELTIF ma għandhomx jipprevjenu lill-investituri milli jittrasferixxu liberament l-unitajiet jew l-ishma tagħhom lil partijiet terzi għajr il-maniġer tal-ELTIF, soġġetti għar-rekwiżiti regolatorji applikabbli u l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-prospett tal-ELTIF.
|
|
Artikolu 19 2a.
|
Ir-regoli jew l-istrumenti ta’ inkorporazzjoni tal-ELTIF jistgħu jipprevedu l-possibbiltà matul il-ħajja tal-ELTIF, ta’ tqabbil sħiħ jew parzjali tat-talbiet għat-trasferiment ta’ unitajiet jew ishma tal-ELTIF mill-investituri ħerġin mat-talbiet għat-trasferiment minn investituri potenzjali, dment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
il-maniġer tal-ELTIF ikollu politika għat-tqabbil tat-talbiet li tistabbilixxi b’mod ċar dawn kollha li ġejjin:
(i)
il-proċess ta’ trasferiment kemm għall-investituri eżistenti kif ukoll għal dawk potenzjali;
(ii)
ir-rwol tal-maniġer tal-ELTIF jew tal-amministratur tal-fond fit-twettiq tat-trasferimenti, u t-tqabbil tat-talbiet rispettivi;
(iii)
il-perjodi ta’ żmien li matulhom l-investituri ħerġin u dawk potenzjali huma permessi li jitolbu t-trasferiment ta’ ishma jew unitajiet tal-ELTIF;
(iv)
ir-regoli li jiddeterminaw il-prezz tal-eżekuzzjoni;
(v)
ir-regoli li jiddeterminaw il-kundizzjonijiet ta’ prorazzjoni;
(vi)
iż-żmien u n-natura tad-divulgazzjoni tal-informazzjoni fir-rigward tal-proċess ta’ trasferiment;
(vii)
it-tariffi, il-kostijiet u l-imposti, jekk ikun hemm, relatati mal-proċess ta’ trasferiment;
(b)
il-politika u l-proċeduri għat-tqabbil tat-talbiet tal-investituri ħerġin mill-ELTIF ma’ dawk tal-investituri potenzjali jiżguraw li l-investituri jiġu ttrattati b’mod ġust u, fejn ikun hemm diskrepanza bejn l-investituri ħerġin u dawk potenzjali, it-tqabbil jitwettaq fuq bażi pro rata;
(c)
it-tqabbil tat-talbiet jippermetti lill-maniġer tal-ELTIF jimmonitorja r-riskju tal-likwidità tal-ELTIF u t-tqabbil ikun kompatibbli mal-istrateġija ta’ investiment ta’ terminu twil tal-ELTIF.
|
|
Artikolu 19 3.
|
ELTIF għandu jippubblika fir-rapporti perjodiċi tiegħu l-valur tas-suq tal-unitajiet jew l-ishma — kkwotati tiegħu flimkien mal-valur nett tal-assi għal kull unità jew sehem.
|
|
Artikolu 19 4.
|
F'każ li jkun hemm bidla materjali fil-valur ta' assi, il-maniġer tal-ELTIF għandu jiżvela dan lill-investituri fir-rapporti li jagħmel minn żmien għal żmien.
|
|
Artikolu 19 5.
|
L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw iċ-ċirkostanzi għall-użu tat-tqabbil previst fil-paragrafu 2a, inkluża l-informazzjoni li l-ELTIFs jeħtieġ li jiddivulgaw lill-investituri. L-ESMA għandha tippreżenta l-abbozzi tal-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Jannar 2024. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 10.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015R0760
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|