|
+Artikolu 23 5. |
Artikolu 23 5.Minbarra l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 22 tad-Direttiva 2011/61/UE, ir-rapport annwali ta' ELTIF għandu jkun fih li ġej:
(a)
rendikont tal-flussi ta' flus;
(b)
informazzjoni dwar kull parteċipazzjoni fi strumenti li jinvolvu l-fondi baġitarji tal-Unjoni;
(c)
informazzjoni dwar il-valur tal-impriżi ta' portafoll li jikkwalifikaw individwali u l-valur ta' assi oħra li l-ELTIF investa fihom, inkluż il-valur tal-istrumenti finanzjarji derivati użati;
(d)
informazzjoni dwar il-ġurisdizzjonijiet li fihom jinsabu l-assi tal-ELTIF. Meta l-ELTIF jiġi kkummerċjalizzat lil investituri fil-livell tal-konsumatur, il-maniġer tal-ELTIF għandu jinkludi fir-rapport annwali tal-ELTIF alimentatur dikjarazzjoni dwar l-imposti aggregati tal-ELTIF alimentatur u l-ELTIF prinċipali. Ir-rapport annwali tal-ELTIF alimentatur għandu jindika kif jista’ jinkiseb r-rapport annwali tal-ELTIF prinċipali. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|