|
+Artikolu 29 5. |
Artikolu 29 5.L-assi miżmuma f'kustodja mid-depożitarju ta' ELTIF ma għandhomx jerġgħu jintużaw mid-depożitarju, jew minn xi parti terza li lilha tkun ġiet iddelegata l-funzjoni ta' kustodja, għall-akkont proprju. L-użu mill-ġdid jinkludi kwalunkwe tranżazzjoni li tinvolvi assi miżmuma f'kustodja inklużi, iżda mhux limitat għal, trasferiment, ippleġġjar, bejgħ u self. L-assi miżmuma f'kustodja mid-depożitarju ta' ELTIF jistgħu jerġgħu jintużaw biss sakemm:
(a)
l-użu mill-ġdid tal-assi jkun eżegwit akkont tal-ELTIF;
(b)
id-depożitarju jkun qed iwettaq l-istruzzjonijiet tal-maniġer tal-ELTIF f'isem l-ELTIF;
(c)
l-użu mill-ġdid ikun għall-benefiċċju tal-ELTIF u fl-interessi tad-detenturi tal-unitajiet jew tal-azzjonisti; u
(d)
it-transazzjoni jkunu koperti minn kollateral ta' kwalità għolja u likwidu riċevut mill-ELTIF skont arranġament ta' trasferiment ta' titoli. F'kull ħin, il-valur tas-suq tal-kollateral msemmi fil-punt (d) tat-tieni subparagrafu għandu jammonta għal mill-inqas il-valur tas-suq tal-assi li ntużaw mill-ġdid flimkien ma' primjum. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|