|
+Artikolu 4 Definizzjonijiet |
Artikolu 4 DefinizzjonijietArtikolu 4 Definizzjonijiet Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1)
“parteċipant fis-swieq finanzjarji” tfisser kwalunkwe persuna li għaliha japplika rekwiżit fl-atti tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 1(2) jew liġi nazzjonali li timplimenta dawk l-atti;
(2)
“parteċipant ewlieni fis-swieq finanzjarji” tfisser parteċipant fis-swieq finanzjarji li l-attività regolari jew il-vijabbiltà finanzjarja tiegħu jkollha jew x’aktarx jista’ jkollha effett sinifikanti fuq l-istabbiltà, l-integrità jew l-effiċjenza tas-swieq finanzjarji fl-Unjoni;
(3)
“awtoritajiet kompetenti” tfisser:
(i)
awtoritajiet kompetenti u/jew awtoritajiet superviżorji kif iddefinit fl-atti tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 1(2);
(ii)
fir-rigward tad-Direttiva 2002/65/KE, l-awtoritajiet u korpi kompetenti biex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti ta’ dik id-Direttiva minn ditti li jipprovdu servizzi ta’ investiment u impriżi ta’ investiment kollettiv li jikkummerċjalizzaw l-unitajiet jew l-ishma tagħhom;
(iii)
fir-rigward tal-iskemi ta’ kumpens għall-investitur, korpi li jamministraw skemi nazzjonali ta’ kumpens skont id-Direttiva 97/9/KE, jew fil-każ fejn l-operat tal-iskema ta’ kumpens għall-investitur hi amministrata minn kumpannija privata, l-awtorità pubblika li tissorvelja dawk l-iskemi skont dik id-Direttiva;
(iv)
fir-rigward tar-Regolament (UE) 2021/23 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 9 ), awtorità ta’ riżoluzzjoni kif definita fil-punt (3) tal-Artikolu 2 ta’ dak ir-Regolament. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|