|
+Artikolu 29 1. |
Artikolu 29 1.L-Awtorità għandu jkollha rwol attiv fil-bini ta’ kultura superviżorja komuni tal-Unjoni u prattiki superviżorji konsistenti, kif ukoll fl-iżgurar ta’ proċeduri uniformi u approċċi konsistenti madwar l-Unjoni. L-Awtorità, bħala minimu, għandha twettaq l-attivitajiet li ġejjin:
(a)
li tipprovdi opinjonijiet lill-awtoritajiet kompetenti;
(aa)
li tistabbilixxi prijoritajiet superviżorji strateġiċi tal-Unjoni f’konformità mal-Artikolu 29a;
(ab)
li tistabbilixxi gruppi ta’ koordinazzjoni skont l-Artikolu 45b biex tiġi promossa l-konverġenza superviżorja u jiġu identifikati l-aħjar prattiki;
(b)
li tippromwovi skambju bilaterali u multilaterali effettiv ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti, relattivament għall-kwistjonijiet rilevanti kollha, inklużi ċ-ċibersigurtà u l-attakki ċibernetiċi, b’rispett sħiħ għad-dispożizzjonijiet applikabbli dwar il-kunfidenzjalità u l-protezzjoni tad-data previsti fl-atti leġislattivi rilevanti tal-Unjoni;
(c)
li tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ standards superviżorji uniformi u ta’ kwalità għolja, fosthom standards tar-rapportar, u standards internazzjonali tal-kontabilità skont l-Artikolu 1(3);
(d)
li tirrevedi l-applikazzjoni tal-istandards tekniċi regolatorji u ta’ implimentazzjoni rilevanti adottati mill-Kummissjoni, u tal-linji gwida u r-rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-Awtorità u tipproponi emendi fejn xieraq, inkluż emendi biex:
(i)
jitneħħew rekwiżiti ta’ rappurtar u divulgazzjoni żejda jew obsoleti, u jiġu mminimizzati l-ispejjeż filwaqt li jiġu ppreservati l-użabbiltà u l-kwalità tad-data;
(ii)
jiġu żgurati rekwiżiti ta’ rappurtar u divulgazzjoni proporzjonati u konsistenti; u
(iii)
jiġu indirizzati lakuni regolatorji relatati mar-rekwiżiti ta’ rappurtar u divulgazzjoni;
(e)
li tistabbilixxi programmi ta’ taħriġ settorjali u transsettorjali, inkluż fir-rigward tal-innovazzjoni teknoloġika, tiffaċilita skambji tal-persunal u tinkoraġġixxi lill-awtoritajiet kompetenti sabiex jintensifikaw l-użu ta’ skemi tal-issekondar u għodod oħrajn,
(f)
li tistabbilixxi sistema ta’ monitoraġġ biex tivvaluta r-riskji materjali ambjentali, soċjali u dawk marbuta mal-governanza, filwaqt li tqis il-Ftehim ta’ Pariġi għall-Konvenzjoni ta’ Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|