|
+Artikolu 2 3. |
Artikolu 2 3.Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 50, li jispeċifikaw il-kriterji biex jiġu identifikati dawk l-ARMs u l-APAs li, b’deroga minn dan ir-Regolament minħabba r-rilevanza limitata tagħhom għas-suq intern, huma soġġetti għall-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni minn awtorità kompetenti ta’ Stat Membru kif definita fil-punt (26) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE. Meta tadotta l-att delegat, il-Kummissjoni għandha tqis wieħed jew aktar mill-elementi li ġejjin:
(a)
il-limitu sa fejn is-servizzi huma pprovduti lil ditti tal-investiment awtorizzati fi Stat Membru wieħed biss;
(b)
in-numru ta’ rapporti jew tranżazzjonijiet kummerċjali;
(c)
jekk l-ARM jew l-APA jagħmilx parti minn grupp ta’ parteċipanti fis-swieq finanzjarji li joperaw b’mod transfruntier. Fejn entità tkun taħt superviżjoni mill-ESMA għal kwalunkwe servizz provdut fil-kapaċità tagħha bħala fornitur ta’ servizzi ta’ rapportar ta’ dejta taħt dan ir-Regolament, l-ebda waħda mill-attivitajiet tagħha bħala ARM jew APA ma għandha tiġi eskluża mis-superviżjoni tal-ESMA taħt kwalunkwe att delegat adottat skont dan il-paragrafu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|