|
+Artikolu 13 5. |
Artikolu 13 5.L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċfikaw:
(a)
x’jikkostitwixxi termini kuntrattwali imparzjali u ġusti kif imsemmi fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu;
(b)
x’jikkostitwixxi aċċess nondiskriminatorju għall-informazzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu;
(c)
il-kontenut, il-format u t-terminoloġija uniformi tal-politiki tad-data li għandhom isiru disponibbli għall-pubbliku skont il-paragrafu 1, it-tieni subparagrafu;
(d)
l-aċċess għad-data, u l-kontenut u l-format tal-informazzjoni li għandha ssir disponibbli għall-pubbliku skont il-paragrafu 1;
(e)
l-elementi li għandhom jiġu inklużi fil-kalkolu tal-kost u marġni raġonevoli kif imsemmi fil-paragrafu 3;
(f)
il-kontenut uniformi, il-format u t-terminoloġija tal-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lill-awtoritajiet kompetenti skont il-paragrafu 4. L-ESMA għandha, kull sentejn, timmonitorja u tivvaluta l-iżviluppi fil-kost tad-data u għandha, fejn xieraq, taġġorna dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji abbażi tal-valutazzjoni tagħha. L-ESMA għandha tippreżenta l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sad-29 ta’ Diċembru 2024. Il-Kummissjoni hija delegata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel u fit-tieni subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|