+Artikolu 21 Divulgazzjoni ta’ wara n-negozjar minn ditti tal-investiment fir-rigward ta’ bonds, prodotti finanzjarji strutturati, kwoti tal-emissjonijiet u derivati
---+Artikolu 21 1.
---+Artikolu 21 2.
---+Artikolu 21 3.
---+Artikolu 21 4.
---+Artikolu 21 4a.
---+Artikolu 21 5.

Artikolu 21 Divulgazzjoni ta’ wara n-negozjar minn ditti tal-investiment fir-rigward ta’ bonds, prodotti finanzjarji strutturati, kwoti tal-emissjonijiet u derivati

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 21 1.
Ditti tal-investiment li, jew f’akkont proprju jew f’isem il-klijenti, jikkonkludu tranżazzjonijiet f’bonds, prodotti strutturati ta’ finanzjar u kwoti tal-emissjonijiet innegozjati f’ċentru ta’ negozjar jew derivattivi OTC kif imsemmi fl-Artikolu 8a(2), għandhom jippubblikaw il-volum u l-prezz ta’ dawk it-tranżazzjonijiet u l-ħin meta ġew konklużi. Dik l-informazzjoni għandha tiġi ppubblikata permezz ta’ APA.
Artikolu 21 2.
Kull tranżazzjoni individwali għandha ssir pubblika darba permezz ta’ APA wieħed.
Artikolu 21 3.
L-informazzjoni li tiġi ppubblikata f’konformità mal-paragrafu 1 u l-limiti taż-żmien li fihom tiġi ppubblikata għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti adottati skont l-Artikolu 10, inkluż l-istandards tekniċi regolatorji adottati skont l-Artikolu 11(4), il-punti (a) u (b), u l-Artikolu 11a(3), il-punti (a) u (b).
Artikolu 21 4.
Fir-rigward ta’ bonds, prodotti strutturati ta’ finanzjar u kwoti tal-emissjonijiet innegozjati f’ċentru ta’ negozjar, id-ditti tal-investiment jistgħu jiddifferixxu l-pubblikazzjoni tal-prezz jew tal-volum bl-istess kundizzjonijiet kif stabbiliti fl-Artikolu 11.
Artikolu 21 4a.
Fir-rigward tad-derivattivi OTC kif imsemmi fl-Artikolu 8a(2), id-ditti tal-investiment jistgħu jiddifferixxu l-pubblikazzjoni tal-prezz jew tal-volum bl-istess kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 11a.
Artikolu 21 5.

►M8  L-ESMA għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji b’tali mod li jippermetti li l-pubblikazzjoni tal-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 27g tispeċifika dan li ġej: ◄

(a) 

l-identifikaturi għat-tipi differenti ta’tranżazzjonijiet ippubblikati f’konformità ma’ dan l-Artikolu, li jiddistingwu bejn dawk determinati minn fatturi li huma primarjament marbutin mal-valwazzjoni tal-istrumenti finanzjarji u dawk determinati minn fatturi oħra;

(b) 

l-applikazzjoni tal-obbligu skont l-paragrafu 1 għal tranżazzjonijiet li jinvolvu l-użu ta’ dawk l-istrumenti finanzjarji għal kollateral, self jew għanijiet oħra fejn l-iskambju tal-istrumenti finanzjarji huwa determinat minn faturi oħra għajr il-valwazzjoni attwali tas-suq tal-istrument finanzjarju.

▼M8 —————

▼B

L-ESMA għandha tissottometti dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sat-3 ta’ Lulju 2015.

Qiegħda tiġi ddelegata setgħa lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont il-proċedura stabbilita fl-Artikoli minn 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 23.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0600
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.