|
+Artikolu 26 9. |
Artikolu 26 9.L-ESMA għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:
(a)
l-istandards u l-formats tad-dejta sabiex l-informazzjoni tiġi rrappurtata skont il-paragrafu 1 u 3, inklużi l-metodi u l-arranġamenti għar-rapportar ta’ tranżazzjonijiet finanzjarji u l-forma u l-kontenut ta’ tali rapporti;
(b)
il-kriterji għad-definizzjoni ta’ suq relevanti skont il-paragrafu 1;
(c)
ir-referenzi tal-istrumenti finanzjarji mixtrija jew mibjugħa, il-kwantità, id-dati u l-ħinijiet tal-eżekuzzjoni, id-dati effettivi, il-prezzijiet tat-tranżazzjonijiet, l-informazzjoni u d-dettalji tal-identità tal-klijent, deżinjazzjoni sabiex jiġu identifikati l-partijiet li f’isimhom id-ditta tal-investiment wettqet dik it-tranżazzjoni, deżinjazzjoni biex jiġu identifikati l-persuni u l-algoritmi tal-kompjuter fid-ditta tal-investiment responsabbli mid-deċiżjoni tal-investiment u l-eżekuzzjoni tat-tranżazzjoni, deżinjazzjoni li tidentifika l-entità soġġetta għall-obbligu tar-rapportar, il-mezzi għall-identifikazzjoni tad-ditti tal-investiment konċernati, il-mod li bih twettqet it-tranżazzjoni, it-taqsimiet tad-data meħtieġa għall-ipproċessar u l-analiżi tar-rapporti tat-tranżazzjonijiet f’konformità mal-paragrafu 3; ▼M8 —————
(e)
il-kategoriji rilevanti ta’ indiċijiet li jridu jiġu rrapportati f’konformità mal-paragrafu 2, il-punt (c);
(f)
il-kundizzjonijiet li bihom l-identifikaturi ta’ entità ġuridika jiġu żviluppati, attribwiti u miżmuma mill-Istati Membri skont il-paragrafu 6, u l-kundizzjonijiet li bihom jintużaw dawn l-identifikaturi ta’ entità ġuridika minn ditti tal-investiment sabiex jipprovdu, skont il-paragrafi 3, 4 u 5, id-deżinjazzjoni biex jiġu identifikati l-klijenti fir-rapporti tat-tranżazzjonijiet li huma meħtieġa jistabbilixxu skont il-paragrafu 1.
(g)
l-applikazzjoni tal-obbligi tar-rappurtar tat-transazzjonijiet lil fergħat ta’ ditti tal-investiment;
(h)
dak li jikkostitwixxitranżazzjoni u t-twettiq ta’tranżazzjoni għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu.
(i)
meta ditta tal-investiment titqies li tkun ittrażmettiet ordni għall-finijiet tal-paragrafu 4;
(j)
il-kundizzjonijiet biex jintrabtu tranżazzjonijiet speċifiċi u l-mezzi għall-identifikazzjoni tal-ordnijiet aggregati li jirriżultaw fl-eżekuzzjoni ta’ tranżazzjoni; u
(k)
id-data sa meta t-tranżazzjonijiet għandhom jiġu rrapportati. Meta tiżviluppa dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji, l-ESMA għandha tieħu inkunsiderazzjoni l-iżviluppi u l-istandards internazzjonali li ntlaħaq qbil dwarhom fil-livell tal-Unjoni jew internazzjonali, u l-konsistenza ta’ dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji mar-rekwiżiti ta’ rapportar stabbiliti fir-Regolamenti (UE) Nru 648/2012 u (UE) 2015/2365. L-ESMA għandha tippreżenta l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmi fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sad-29 ta’ Settembru 2025. Il-Kummissjoni hija delegata s-setgħa li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|