+Artikolu 38o Id-delega ta’ kompiti mill-ESMA lill-awtoritajiet kompetenti
---+Artikolu 38o 1.
---+Artikolu 38o 2.
---+Artikolu 38o 3.
---+Artikolu 38o 4.
---+Artikolu 38o 5.
|
Artikolu 38o Id-delega ta’ kompiti mill-ESMA lill-awtoritajiet kompetenti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 38o 1.
|
Fejn meħtieġ għat-twettiq xieraq ta’ kompitu superviżorju, l-ESMA tista’ tiddelega kompiti superviżorji speċifiċi lill-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru skont il-linji gwida maħruġin mill-ESMA skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 1095/2010. Tali kompiti superviżorji speċifiċi jistgħu, b’mod partikolari, jinkludu s-setgħa li jitwettqu talbiet għal informazzjoni f’konformità mal-Artikolu 38b u li jsiru investigazzjonijiet u spezzjonijiet fuq il-post f’konformità mal-Artikoli 38c u 38d.
|
|
Artikolu 38o 2.
|
Qabel tiddelega kompitu, l-ESMA għandha tikkonsulta lill-awtorità kompetenti rilevanti dwar:
(a)
l-ambitu tal-kompitu li għandu jiġi ddelegat;
(b)
l-iskeda ta’ żmien għat-twettiq tal-kompitu; u
(c)
it-trażmissjoni tal-informazzjoni meħtieġa mill-ESMA u lilha.
|
|
Artikolu 38o 3.
|
F’konformità mal-att delegat adottat skont l-Artikolu 38n(3), l-ESMA għandha tirrimborża lil awtorità kompetenti għall-kostijiet imġarrba minħabba t-twettiq tal-kompiti ddelegati.
|
|
Artikolu 38o 4.
|
L-ESMA għandha tirrivedi d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 1 f’intervalli xierqa. Delega tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe ħin.
|
|
Artikolu 38o 5.
|
Delega ta’ kompiti ma għandhiex taffettwa r-responsabbiltà tal-ESMA u lanqas tillimita l-kapaċità tal-ESMA li twettaq u tissorvelja l-attività ddelegata.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 23.11.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0600
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|