|
+Artikolu 2 Definizzjonijiet |
Artikolu 2 DefinizzjonijietArtikolu 2 Definizzjonijiet Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
1.
“persuna rilevanti” fir-rigward ta' ditta tal-investiment, tfisser waħda minn dawn li ġejjin:
(a)
direttur, soċju jew ekwivalenti, diriġent jew aġent marbut mad-ditta
(b)
direttur, soċju jew ekwivalenti, jew diriġent ta' xi aġent marbut mad-ditta;
(c)
impjegat tad-ditta jew ta' aġent marbut mad-ditta, kif ukoll kull persuna fiżika oħra li s-servizzi tagħha huma mqiegħda għad-dispożizzjoni u taħt il-kontroll tad-ditta jew ta' aġent marbut mad-ditta u li hi involuta fil-fornimentmid-ditta ta' servizzi u attivitajiet tal-investiment;
(d)
persuna fiżika li hi direttament involuta fil-forniment ta' servizzi lid-ditta tal-investiment jew lill-aġent marbut tagħha taħt arranġament ta' esternalizzazzjoni għall-fini tal-forniment mid-ditta ta' servizzi u attivitajiet tal-investiment;
2.
“analist finanzjarju” tfisser persuna rilevanti li tipproduċi parti sostanzjali tar-riċerka fl-investiment;
3.
“esternalizzazzjoni” tfisser arranġament ta' kwalunkwe forma bejn ditta tal-investiment u fornitur tas-servizz li permezz tiegħu dak il-fornitur tas-servizz irendi proċess, servizz jew attività li xort'oħra jitrenda mid-ditta tal-investiment innifisha;
3a.
“persuna li magħha persuna rilevanti għandha relazzjoni familjari” tfisser waħda minn dawn li ġejjin:
(a)
il-konjuġi tal-persuna rilevanti jew is-sieħeb/sieħba ta' dik il-persuna kkunsidrata mil-liġi nazzjonali bħala ekwivalenti għal konjuġi;
(b)
wild jew wild minn relazzjoni oħra, dipendenti, tal-persuna rilevanti;
(c)
kull qarib ieħor tal-persuna rilevanti li għamel parti mill-istess familja ta' dik il-persuna għal mill-inqas sena fid-data tat-tranżazzjoni personali konċernata;
4.
“tranżazzjoni ta' finanzjament ta' titoli” tfisser tranżazzjoni ta' finanzjament ta' titolu kif definit fl-Artikolu 3(11) tar-Regolament (UE) 2015/2365 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 );
5.
“rimunerazzjoni” tfisser il-forom kollha ta' pagamenti jew ta' benefiċċji finanzjarji jew non-finanzjarji pprovduti direttament jew indirettament minn ditti lil persuni rilevanti fil-provvediment ta' servizzi ta' investiment jew servizzi anċillari lill-klijenti;
6.
“komodità” tfisser kwalunkwe oġġett ta' natura funġibbli li jista' jiġi kkonsenjat, inklużi l-metalli u l-minerali u l-ligi tagħhom, il-prodotti agrikoli, u l-enerġija, bħall-elettriku;
7.
“preferenzi tas-sostenibbiltà” tfisser l-għażla ta’ klijent jew klijent potenzjali dwar jekk fl-investiment tiegħu jew tagħha għandux jiġi integrat xi wieħed jew aktar minn wieħed mill-istrumenti finanzjarji li ġejjin u, jekk iva, sa fejn:
(a)
strument finanzjarju li fir-rigward tiegħu l-klijent jew il-klijent potenzjali jiddetermina li proporzjon minimu għandu jiġi investit f’investimenti ambjentalment sostenibbli kif definiti fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2020/852 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 );
(b)
strument finanzjarju li fir-rigward tiegħu l-klijent jew il-klijent potenzjali jiddetermina li proporzjon minimu għandu jiġi investit f’investimenti sostenibbli kif definiti fl-Artikolu 2(17) tar-Regolament (UE) 2019/2088 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 );
(c)
strument finanzjarju li jqis l-impatti avversi prinċipali fuq il-fatturi tas-sostenibbiltà, fejn l-elementi kwalitattivi jew kwantitattivi li juru l-kunsiderazzjoni jiġu ddeterminati mill-klijent jew mill-klijent potenzjali;
8.
“fatturi ta’ sostenibbiltà” tfisser fatturi ta’ sostenibbiltà kif definiti fl-Artikolu 2(24) tar-Regolament (UE) 2019/2088;
9.
“riskji għas-sostenibbiltà” tfisser riskji għas-sostenibbiltà kif definiti fl-Artikolu 2(22) tar-Regolament (UE) 2019/2088. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|