|
+Artikolu 22 2. |
Artikolu 22 2.Id-ditti tal-investiment għandhom jistabbilixxu u jżommu funzjoni permanenti u effettiva tal-konformità li topera indipendentement u li jkollha r-responsabbilitajiet li ġejjin:
(a)
li jagħmlu monitoraġġ fuq bażi permanenti ta', u jivvalutaw fuq bażi regolari, l-adegwatezza u l-effikaċja tal-miżuri u tal-proċeduri fis-seħħ skont l-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, u tal-azzjonijiet meħuda biex ikunu indirizzati xi nuqqasijiet fil-konformità tad-ditta mal-obbligi tagħha;
(b)
li jagħtu konsulenza u jassistu lill-persuni rilevanti responsabbli biex iwettqu s-servizzi u l-attivitajiet ta' investiment biex jikkonformaw mal-obbligi tad-ditta taħt id-Direttiva 2014/65/UE;
(c)
li jirrapportaw lill-korp maniġerjali, tal-inqas fuq bażi annwali, dwar l-implimentazzjoni u l-effettività tal-ambjent ġenerali tal-kontroll għas-servizzi u l-attivitajiet ta' investiment, dwar ir-riskji li ġew identifikati u dwar ir-rapportar fuq it-trattament tal-ilmenti kif ukoll ir-rimedji meħuda jew li għandhom jiġu meħuda;
(d)
li jimmonitorjaw l-operazzjonijiet tat-trattament tal-ilmenti u jikkunsidraw l-ilmenti bħala sors ta' informazzjoni rilevanti fil-kuntest tar-responsabbiltajiet ġenerali tal-monitoraġġ tagħhom. Sabiex jikkonformaw mal-punti (a) u (b) ta' dan il-paragrafu, il-funzjoni ta' konformità għandha tmexxi valutazzjoni abbażi ta' liema se jiġi stabbilit programm ta' monitoraġġ ibbażat fuq ir-riskju li jikkunsidra l-oqsma kollha tas-servizzi ta' investiment, l-attivitajiet u kwalunkwe servizz anċillarju tad-ditta tal-investimenti, inkluża l-informazzjoni rilevanti miġbura f'rabta mal-monitoraġġ tat-trattament tal-ilmenti. Il-programm ta' monitoraġġ għandu jistabbilixxi prijoritajiet determinati mill-valutazzjoni tar-riskju ta' konformità li jiżgura li r-riskju ta' konformità huwa kopert b'mod komprensiv. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|