+Artikolu 41
---+Artikolu 41 1.
---+Artikolu 41 2.
---+Artikolu 41 3.
---+Artikolu 41 4.
|
Artikolu 41
Rekwiżiti addizzjonali relatati mal-parir, id-distribuzzjoni u t-tqegħid awtomatiku (L-Artikoli 16(3), 23 u 24 tad-Direttiva 2014/65/UE)
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 41 1.
|
Id-ditti tal-investiment għandu jkollhom fis-seħħ sistemi, kontrolli u proċeduri biex jidentifikaw u jimmaniġġjaw il-kunflitti ta' interess li jirriżultaw mill-għoti ta' servizz tal-investiment lill-klijent tal-investiment sabiex jipparteċipa f'offerta ġdida, fejn id-ditta tal-investiment tirċievi kummissjonijiet, drittijiet jew kwalunkwe benefiċċju monetarju jew mhux monetarju fir-rigward tal-arranġament tal-offerta. Kwalunkwe kommissjoni, dritt jew benefiċċju monetarju jew mhux monetarju għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti fl-Artikolu 24(7), 24(8) u 24(9) tad-Direttiva 2014/65/UE u għandhom jiġu ddokumentati fil-politiki tad-ditta tal-investiment dwar il-kunflitt ta' interess u għandhom jiġu riflessi fil-ftehimiet tal-kumpanija dwar l-inċentivi.
|
|
Artikolu 41 2.
|
Id-ditti tal-investiment involuti fit-tqegħid fis-suq ta' strumenti finanzjarji maħruġa minnhom stess jew minn entitajiet fi ħdan l-istess grupp, lill-klijenti tagħhom stess, inklużi l-klijenti depożitarji eżistenti fil-każ ta' istituzzjonijiet ta' kreditu, jew fondi ta' investiment ġestiti minn entitajiet tal-grupp tagħhom, għandhom jistabbilixxu, jimplimentaw u jżommu arranġamenti ċari u effettivi għall-identifikazzjoni, il-prevenzjoni jew il-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess potenzjali li jirriżultaw f'rabta ma' dan it-tip ta' attività. Dawn l-arranġamenti għandhom jinkludu l-kunsiderazzjoni li ma jkunx hemm involviment f'attività fejn il-kunflitti ta' interess ma jistgħux jiġu ġestiti b'mod xieraq sabiex jiġu evitati effetti negattivi fuq il-klijenti.
|
|
Artikolu 41 3.
|
Meta l-iżvelar tal-kunflitti ta' interess huwa meħtieġ, id-ditti tal-investiment għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti fl-Artikolu 34(4), inkluża spjegazzjoni tan-natura u s-sors tal-kunflitti ta' interess inerenti għal din it-tip ta' attività, u jipprovdu dettalji dwar ir-riskji speċifiċi relatati ma' dawn il-prattiki sabiex il-klijenti jkunu jistgħu jieħdu deċiżjoni informata dwar l-investiment.
|
|
Artikolu 41 4.
|
Id-ditti tal-investiment li joffru strumenti finanzjarji maħruġa minnhom stess jew minn entitajiet fi ħdan l-istess grupp lill-klijenti tagħhom stess u li huma inklużi fil-kalkolu tar-rekwiżiti prudenzjali speċifikati fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
10
), id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
11
) jew id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
12
), għandhom jipprovdu lil dawk il-klijenti b'informazzjoni addizzjonali li tispjega d-differenzi bejn l-istrument finanzjarju u d-depożiti bankarji f'termini ta' rendiment, riskju, likwidità u kwalunkwe protezzjoni pprovduta f'konformità mad-Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
13
).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 02.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R0565
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|