+Artikolu 59
---+Artikolu 59 1.
---+Artikolu 59 2.
---+Artikolu 59 3.
---+Artikolu 59 4.
---+Artikolu 59 5.

Artikolu 59

Obbligi ta' rappurtaġġ fir-rigward tal-eżekuzzjoni ta' ordnijiet għajr għall-ġestjoni tal-portafoll

(L-Artikolu 25(6) tad-Direttiva 2014/65/UE)

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 59 1.

Id-ditti tal-investiment li jkunu eżegwew ordni għan-nom ta' klijent, ta' xort'oħra milli għall-ġestjoni tal-portafoll, għandhom, fir-rigward ta' dik l-ordni:

(a) 

minnufih jipprovdu lill-klijent, f'mezz permanenti, bl-informazzjoni essenzjali li tikkonċerna l-eżekuzzjoni ta' dik l-ordni;

(b) 

jibagħtu lill-klijent avviż b'mezz permanenti li jikkonferma l-eżekuzzjoni tal-ordni malajr kemm jista' jkun u mhux iktar tard mill-ewwel jum tax-xogħol wara l-eżekuzzjoni jew, jekk il-konferma tkun riċevuta mid-ditta tal-investiment minn parti terza, mhux iktar tard mill-ewwel jum tax-xogħol wara l-irċevuta tal-konferma mill-parti terza.

Il-punt (b) ma għandux japplika meta l-konferma jkun fiha l-istess informazzjoni bħal konferma li għandha tintbagħat minnufih lill-klijent minn persuna oħra.

Il-punti (a) u (b) ma għandhomx japplikaw meta l-ordnijiet eżegwiti għan-nom ta' klijenti jirrelataw għal bonds li jiffinanzjaw ftehim ta' self fuq ipoteka mal-klijenti msemmija, u f'liema każ ir-rapport fuq it-tranżazzjoni għandu jsir fl-istess ħin li fih jiġu kkomunikati t-termini fuq is-self għal ipoteka, iżda mhux iktar minn xahar wara l-eżekuzzjoni tal-ordni.

Artikolu 59 2.
Barra mir-rekwiżiti taħt il-paragrafu 1, id-ditti tal-investiment għandhom jipprovdu lill-klijent, meta mitlubin, b'informazzjoni dwar l-istatus tal-ordni tiegħu.
Artikolu 59 3.
Fil-każ ta' ordnijiet għal klijenti li jirrelataw għal unitajiet jew ishma f'kummerċ ta' investiment kollettiv li jkunu eżegwiti perjodikament, id-ditti tal-investiment għandhom jew jieħdu l-azzjoni speċifikata fil-punt (b) tal-paragrafu 1 jew jipprovdu lill-klijent, mill-inqas darba kull sitt (6) xhur, bl-informazzjoni elenkata fil-paragrafu 4 fir-rigward ta' dawk it-tranżazzjonijiet.
Artikolu 59 4.

L-avviż imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1 għandu jinkludi dik l-informazzjoni li ġejja li tkun applikabbli u, meta rilevanti skont l-istandards tekniċi regolatorji dwar l-obbligi ta' rappurtaġġ adottati skont l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014:

(a) 

identifikazzjoni tad-ditta li tagħmel ir-rappurtar;

(b) 

l-isem jew deżinjazzjoni oħra tal-klijent;

(c) 

il-jum tan-negozjati;

(d) 

il-ħin tan-negozjati;

(e) 

it-tip tal-ordni;

(f) 

l-identifikazzjoni tal-post;

(g) 

l-identifikazzjoni tal-istrument;

(h) 

l-indikatur tax-xiri/tal-bejgħ;

(i) 

in-natura tal-ordni jekk ta' xort'oħra minn xiri/bejgħ;

(j) 

il-kwantità;

(k) 

il-prezz tal-unità;

(l) 

il-konsiderazzjoni totali;

(m) 

is-somma totali tal-kummissjonijiet u l-ispejjeż imposti u, meta l-klijent jitlob dan, tqassim skont il-partiti li jinkludi, fejn rilevanti, l-ammont ta' kwalunkwe żieda jew tnaqqis imposti fejn it-tranżazzjoni kienet esegwita minn ditta tal-investiment meta tinnegozja f'isimha, u d-ditta tal-investiment għandha obbligu tal-aħjar eżekuzzjoni lill-klijent;

(n) 

ir-rata ta' skambju miksuba fejn it-tranżazzjoni tinvolvi konverżjoni tal-munita;

(o) 

ir-responsabbiltajiet tal-klijent fir-rigward tas-saldu tat-tranżazzjonijiet, inkluż it-terminu għall-ħlas jew għall-konsenja kif ukoll id-dettalji xierqa dwar il-kont meta dawn id-dettalji u responsabbiltajiet ma jkunux ġew avżati minn qabel lill-klijent;

(p) 

fil-każ li l-kontroparti tal-klijent kienet id-ditta tal-investiment stess jew xi persuna fil-grupp tad-ditta tal-investiment jew klijent ieħor tad-ditta tal-investiment, il-fatt li dan kien il-każ sakemm l-ordni ma kinitx eżegwita permezz ta' sistema ta' negozjati li tiffaċilita negozjati anonomi.

Għall-finijiet tal-punt (k), meta l-ordni tkun eżegwita f'pagamenti, id-ditta tal-investiment tista' tforni lill-klijent b'informazzjoni dwar il-prezz ta' kull pagament jew bil-prezz medju. Meta l-prezz medju jkun ipprovdut, id-ditta tal-investiment għandha tforni lill-klijent b'informazzjoni dwar il-prezz ta' kull pagament fuq talba.

Artikolu 59 5.
Id-ditta tal-investiment tista' tipprovdi lill-klijent bl-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 4 bl-użu ta' kodiċijiet standard jekk tipprovdi wkoll spjegazzjoni tal-kodiċijiet użati.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.08.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R0565
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.