|
+Artikolu 59 4. |
Artikolu 59 4.L-avviż imsemmi fil-punt (b) tal-paragrafu 1 għandu jinkludi dik l-informazzjoni li ġejja li tkun applikabbli u, meta rilevanti skont l-istandards tekniċi regolatorji dwar l-obbligi ta' rappurtaġġ adottati skont l-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) Nru 600/2014:
(a)
identifikazzjoni tad-ditta li tagħmel ir-rappurtar;
(b)
l-isem jew deżinjazzjoni oħra tal-klijent;
(c)
il-jum tan-negozjati;
(d)
il-ħin tan-negozjati;
(e)
it-tip tal-ordni;
(f)
l-identifikazzjoni tal-post;
(g)
l-identifikazzjoni tal-istrument;
(h)
l-indikatur tax-xiri/tal-bejgħ;
(i)
in-natura tal-ordni jekk ta' xort'oħra minn xiri/bejgħ;
(j)
il-kwantità;
(k)
il-prezz tal-unità;
(l)
il-konsiderazzjoni totali;
(m)
is-somma totali tal-kummissjonijiet u l-ispejjeż imposti u, meta l-klijent jitlob dan, tqassim skont il-partiti li jinkludi, fejn rilevanti, l-ammont ta' kwalunkwe żieda jew tnaqqis imposti fejn it-tranżazzjoni kienet esegwita minn ditta tal-investiment meta tinnegozja f'isimha, u d-ditta tal-investiment għandha obbligu tal-aħjar eżekuzzjoni lill-klijent;
(n)
ir-rata ta' skambju miksuba fejn it-tranżazzjoni tinvolvi konverżjoni tal-munita;
(o)
ir-responsabbiltajiet tal-klijent fir-rigward tas-saldu tat-tranżazzjonijiet, inkluż it-terminu għall-ħlas jew għall-konsenja kif ukoll id-dettalji xierqa dwar il-kont meta dawn id-dettalji u responsabbiltajiet ma jkunux ġew avżati minn qabel lill-klijent;
(p)
fil-każ li l-kontroparti tal-klijent kienet id-ditta tal-investiment stess jew xi persuna fil-grupp tad-ditta tal-investiment jew klijent ieħor tad-ditta tal-investiment, il-fatt li dan kien il-każ sakemm l-ordni ma kinitx eżegwita permezz ta' sistema ta' negozjati li tiffaċilita negozjati anonomi. Għall-finijiet tal-punt (k), meta l-ordni tkun eżegwita f'pagamenti, id-ditta tal-investiment tista' tforni lill-klijent b'informazzjoni dwar il-prezz ta' kull pagament jew bil-prezz medju. Meta l-prezz medju jkun ipprovdut, id-ditta tal-investiment għandha tforni lill-klijent b'informazzjoni dwar il-prezz ta' kull pagament fuq talba. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|