|
+Artikolu 18 2. |
Artikolu 18 2.Tranżazzjoni ta' pagament elettroniku msemmija fil-paragrafu 1 għandha titqies li timponi livell baxx ta' riskju meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
ir-rata tal-frodi għal dik it-tip ta' tranżazzjoni, irrappurtata mill-fornitur ta' servizzi ta' pagament u kkalkulata skont l-Artikolu 19, tkun ekwivalenti għal jew inqas mir-rati tal-frodi ta' referenzi speċifikati fit-tabella stabbilita fl-Anness għal “pagamenti elettroniċi mill-bogħod b'kard” u “trasferimenti ta' kreditu b'mod elettroniku mill-bogħod” rispettivament;
(b)
l-ammont tat-tranżazzjoni ma jaqbiżx il-Valur ta' Limitu tal-Eżenzjoni (Exemption Threshold Value - “ETV”) rilevanti speċifikat fit-tabella stabbilita fl-Anness;
(c)
il-fornituri ta' servizzi ta' pagament b'riżultat tat-twettiq ta' analiżi tar-riskju f'ħin reali ma jkunux identifikaw xi waħda minn dawn li ġejjin:
(i)
infiq jew imġiba anormali tal-pagatur;
(ii)
informazzjoni mhux tas-soltu dwar l-aċċess tal-apparat/tas-softwer tal-pagatur;
(iii)
infezzjoni malwer fi kwalunkwe sessjoni tal-proċedura ta' awtentikazzjoni;
(iv)
xenarju magħruf ta' frodi fl-għoti ta' servizzi ta' pagament;
(v)
post anormali tal-pagatur;
(vi)
post ta' riskju għoli tal-benefiċjarju. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|