+Artikolu 5a 3.

Artikolu 5a 3.

Minkejja l-Artikolu 78(1), it-tieni subparagrafu, tad-Direttiva (UE) 2015/2366, il-ħin tar-riċevuta ta’ ordni ta’ pagament għal trasferiment ta’ kreditu istantanju għandu jkun il-mument meta din tkun ġiet riċevuta mill-PSP tal-pagatur, irrispettivament mis-siegħa jew mill-jum kalendarju.

Minkejja l-Artikolu 78(2) tad-Direttiva (UE) 2015/2366, jekk il-pagatur u l-PSP tal-pagatur jaqblu li l-eżekuzzjoni tal-ordni ta’ pagament għal trasferiment ta’ kreditu istantanju għandha sseħħ f’ħin speċifiku f’jum speċifiku jew fil-mument meta l-pagatur ikun poġġa fondi għad-dispożizzjoni tal-PSP, il-ħin tar-riċevuta tal-ordni ta’ pagament għal trasferiment ta’ kreditu istantanju għandu jitqies li huwa l-ħin miftiehem, irrispettivament mis-siegħa jew mill-jum kalendarju.

B’deroga mill-ewwel u t-tieni subparagrafi ta’ dan il-paragrafu, il-ħin tar-riċevuta tal-ordni ta’ pagament għal trasferiment ta’ kreditu istantanju għandu jkun:

(a) 

għal ordni ta’ pagament mhux elettronika għal trasferiment ta’ kreditu istantanju, il-mument meta l-PSP tal-pagatur ikun introduċa l-informazzjoni dwar l-ordni ta’ pagament fis-sistema interna tiegħu, li għandu jseħħ malajr kemm jista’ jkun wara li l-ordni ta’ pagament mhux elettronika għal trasferiment ta’ kreditu istantanju tkun saret mill-pagatur mal-PSP tal-pagatur;

(b) 

għal ordni ta’ pagament individwali għal trasferiment ta’ kreditu istantanju li jappartjeni għal pakkett kif imsemmi fil-paragrafu 7 ta’ dan l-Artikolu, fejn il-konverżjoni ta’ dak il-pakkett fi tranżazzjonijiet ta’ pagament individwali titwettaq mill-PSP tal-pagatur, il-mument meta t-tranżazzjoni ta’ pagament sussegwenti tkun inħarġet mill-pakkett mill-PSP tal-pagatur; il-PSP tal-pagatur għandu jibda l-konverżjoni tal-pakkett minnufih wara li dan ikun tqiegħed mill-pagatur mal-PSP tal-pagatur u jlesti dik il-konverżjoni malajr kemm jista’ jkun;

(c) 

għal ordni ta’ pagament għal trasferiment ta’ kreditu istantanju minn kontijiet ta’ pagament li mhumiex denominati f’euro, il-mument meta l-ammont tat-tranżazzjoni ta’ pagament ikun ġie kkonvertit f’euro; tali kambju tal-munita għandu jsir minnufih wara li l-ordni ta’ pagament għal trasferiment ta’ kreditu istantanju tkun saret mill-pagatur mal-PSP tal-pagatur.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.04.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32012R0260
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.