5. L-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 13 għandhom, mat-talba bil-miktub tagħhom, jirrikjedu li skemi ta' kards ta' pagament u/jew fornituri ta' servizzi ta' pagament jipprovdu l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tiġi vverifikata l-applikazzjoni korretta tal-paragrafi 3 u 4 ta' dan l-Artikolu. Tali informazzjoni għandha tintbagħat lill-awtorità kompetenti qabel l-1 ta' Marzu tas-sena ta' wara l-perijodu ta' referenza msemmi fl-ewwel sentenza tal-paragrafu 4. Kwalunkwe informazzjoni oħra li tabilita lill-awtoritajiet kompetenti jivverifikaw il-konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu għandha tintbagħat lill-awtoritajiet kompetenti mat-talba bil-miktub tagħhom u fl-iskadenza stabbilita minnhom. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu li tali informazzjoni tkun iċċertifikata minn awditur indipendenti.