1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-servizz tal-bdil jinbdew mill-fornitur tas-servizzi tal-ħlas destinatarju fuq talba tal-konsumatur. Is-servizz tal-bdil għandu mill-inqas ikun konformi mal-paragrafi 2 sa 6.
L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu jew isostnu miżuri alternattivi għal dawk imsemmija fil-paragrafi 2 sa 6, dment li:
|
(a)
|
dan ikun b’mod ċar fl-interess tal-protezzjoni tal-konsumatur;
|
|
(b)
|
li ma jkunx hemm piż addizzjonali għall-konsumatur; u
|
|
(c)
|
li l-bdil jintemm mill-anqas fl-istess perijodu ta’ żmien kif indikat fil-paragrafi 2 sa 6.
|