|
+ANNESS I |
ANNESS I
ANNESS I I. L-ekwazzjoni bażika li tesprimi l-ekwivalenza ta' ġbid ta' kreditu minn naħa l-waħda u radd lura u imposti min-naħa l-oħra L-ekwazzjoni bażika, li tistabbilixxi r-rata ta' imposta perċentwali fis-sena (APR), fuq bażi annwali, hija daqs il-valur totali preżenti ta' ġbid ta' kreditu min-naħa l-waħda u t-total tal-valur preżenti ta' radd lura u ħlas ta' imposti min-naħa l-oħra, jiġifieri:
fejn:
Rimarki:
(a)
L-ammonti mħallsa miż-żewġ partijiet fi żminijiet differenti mhux neċessarjament ikunu ndaqs u mhux neċessarjament jitħallsu f'intervalli ndaqs.
(b)
Id-data tal-bidu għandha tkun dik ta' l-ewwel ġbid ta' kreditu.
(ċ)
Intervalli bejn id-dati użati fil-kalkolu għandhom ikunu espressi fi snin jew frazzjonijiet ta' sena. Sena hija preżunta li fiha 365 jum (jew 366 jum fi snin biżestili), 52 ġimgħa jew 12-il xahar indaqs. Xahar indaqs huwa preżunt li fih 30,41666 jum (i.e. 365/12) irrispettivament minn jekk hix sena biżestili jew le.
(d)
Ir-riżultat tal-kalkolu għandu jiġi espress b'eżattezza ta' mill-inqas punt deċimali wieħed. Jekk il-figura fil-punt deċimali li ssegwi hija akbar minn jew ugwali għal 5, iċ-ċifra f'dan il-post deċimali partikolari għandha tiżdied b'wieħed.
(e)
L-ekwazzjoni tista' tinkiteb mill-ġdid bl-użu ta' somma waħda u l-kunċett ta' flows (Ak), li jkun pożittiv jew negattiv, fi kliem ieħor jew imħallas jew riċevut matul il-perjodi 1 sa k, espress fi snin, jiġifieri:
S huwa l-bilanċ preżenti tal-flows. Jekk l-għan hu li tinzamm l-ekwivalenza tal-flows, il-valur ikun żero. II. L-assunzjonijiet miżjuda għall-kalkolu tar-rata perċentwali annwali ta’ imposta għandhom ikunu kif ġej:
(a)
Jekk ftehim ta’ kreditu jagħti lill-konsumatur libertà fil-ġbid ta’ kreditu, l-ammont totali ta’ kreditu għandu jitqies li jkun miġbud immedjatament u interament.
(b)
Jekk ftehim ta’ kreditu jagħti lill-konsumatur il-libertà ta’ ġbid ta’ kreditu b’mod ġenerali iżda jimponi, fost il-modi differenti ta’ ġbid, limitu fir-rigward tal-ammont ta’ kreditu u l-perjodu ta’ żmien, l-ammont ta’ kreditu għandu jitqies bħala li nġibed fl-aktar data bikrija prevista fil-ftehim u skont dawk il-limiti ta’ ġbid.
(ċ)
Jekk ftehim ta’ kreditu jipprovdi modi differenti għall-ġbid ta’ kreditu b’imposti jew rati tat-teħid ta’ self differenti, l-ammont totali tal-kreditu għandu jitqies bħala li ġie miġbud fl-ogħla imposta u rata ta’ teħid ta’ self applikata għall-mekkaniżmu għall-ġbid ta’ kreditu l-iktar komuni għal dan it-tip ta’ ftehim ta’ kreditu.
(d)
Fil-każ ta’ faċilità ta’ overdraft, l-ammont totali ta’ kreditu għandu jiġi meqjus li huwa miġbud kompletament u għat-tul ta’ żmien kollu tal-ftehim ta’ kreditu. Jekk id-duratura tal-faċilità ta’ overdraft mhix magħrufa, ir-rata perċentwali annwali ta’ imposta għandha tiġi kkalkolata fuq is-suppożizzjoni li t-tul ta’ żmien tal-kreditu huwa tliet xhur.
(e)
Fil-każ ta’ ftehim ta’ kreditu bla skadenza, ħlief faċilità ta’ overdraft, għandu jiġi meqjus li:
(i)
il-kreditu pprovdut għall-perjodu ta’ sena li jibda mid-data tal-ġbid tal-bidu, u li l-ħlas finali magħmul mill-konsumatur iħassar il-bilanċ tal-kapital, l-imgħax u imposti oħrajn, jekk ikun hemm;
(ii)
il-kapital huwa mħallas mill-ġdid mill-konsumatur fi ħlasijiet ndaqs kull xahar, li jibdew xahar wara d-data tal-ġbid tal-bidu. Madankollu, f’każi fejn il-kapital għandu biss jitħallas mill-ġdid bis-sħiħ, fi ħlas waħdieni, f’kull perjodu ta’ ħlas, ġbid suċċessivi u ħlasijiet mill-ġdid tal-kapital kollu mill-konsumatur għandhom jitqiesu li jsiru fil-perjodu ta’ sena. L-imgħax u imposti oħrajn għandhom jiġu applikati skont il-ġbid u l-ħlasijiet mill-ġdid tal-kapital u kif pprovdut fil-ftehim ta’ kreditu. Għall-għanijiet ta’ dan il-punt, ftehim ta’ kreditu bla skadenza huwa ftehim ta’ kreditu mingħajr tul ta’ żmien fiss u jinkludi krediti li għandhom jitħallsu mill-ġdid bis-sħiħ fil-perjodu jew wara l-perjodu, iżda la darba jitħallsu mill-ġdid, jsiru disponibbli mill-ġdid biex jinġibdu.
(f)
Fil-każ ta’ ftehimiet ta’ kreditu, ħlief overdrafts u krediti bla skandenza kif imsemmi fl-assunzjonijiet stipulati fil-punti (d) u (e):
(i)
jekk id-data jew l-ammont ta’ ġbid mill-ġdid tal-kapital, li għandu jsir mill-konsumatur ma jistgħux jiġu aċċertati, għandu jitqies li l-ħlas mill-ġdid isir fl-iktar data qrib ipprovduta fil-ftehim ta’ kreditu u huwa għall-inqas ammont li jipprovdi għalih il-ftehim ta’ kreditu;
(ii)
jekk id-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta’ kreditu mhix magħrufa, id-data tal-bidu tal-ġbid għandha tkun meqjusa bħala d-data li tirriżulta fl-inqas intervall bejn dik id-data u d-data tal-ewwel ħlas li għandu jsir mill-konsumatur.
(g)
Fejn id-data u l-ammont ta’ ħlas li għandu jsir mill-konsumatur ma jistgħux jiġu aċċertati abbażi tal-ftehim ta’ kreditu jew l-assunzjonijiet stipulati fil-punti (d), (e) jew (f), għandu jitqies li l-ħlas isir skont id-dati u l-kundizzjonijiet meħtieġa mill-kreditur u, meta dawn ma jkunux magħrufa:
(i)
imposti tal-interessi jitħallsu flimkien mal-ħlas mill-ġdid tal-kapital;
(ii)
imposta bla interess espressa f’somma waħdanija titħallas fid-data tal-konklużjoni tal-ftehim ta’ kreditu;
(iii)
imposti bla interess espressi f’diversi ħlasijiet jitħallsu f’intervalli regolari, jibdew mad-data tal-ewwel ħlas mill-ġdid tal-kapital, u jekk l-ammont ta’ ħlasijiet tali mhuwiex magħruf għandhom jitqiesu bħala ammonti ndaqs;
(iv)
il-ħlas finali jħassar il-bilanċ tal-kapital, l-imgħax u imposti oħrajn, jekk ikun hemm.
(h)
Jekk il-limitu massimu applikabbli għall-kreditu għadu ma ġiex miftiehem, dak il-limitu massimu jitqies li hu EUR 1 500 .
(i)
Jekk jiġu offruti rati tat-teħid ta’ self u imposti differenti għal perjodu jew ammont limitat, ir-rata tat-teħid ta’ self u l-imposti għandhom jitqiesu li huma l-ogħla rata għat-tul ta’ żmien kollu tal-ftehim ta’ kreditu.
(j)
Għal ftehimiet ta’ kreditu tal-konsumatur li għalihom hija miftehma rata tat-teħid ta’ self fissa fir-rigward tal-perjodu inizjali, li fi tmiem tiegħu tiġi ddeterminata rata tat-teħid ta’ self ġdida u sussegwentement perjodikament aġġustata skont indikatur miftiehem, il-kalkolu tar-rata perċentwali annwali tal-imposti għandha tkun ibbażata fuq is-suppożizzjoni li, fi tmiem il-perjodu ta’ rata tat-teħid ta’ self fissa, ir-rata tat-teħid tas-self tkun l-istess bħal meta sar il-kalkolu tar-rata perċentwali annwali, abbażi tal-valur tal-indikatur miftiehem f’dak iż-żmien. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|