|
+Artikolu 16 4. |
Artikolu 16 4.L-Istati Membri jistgħu jipprojbixxu l-użu tat-termini “konsulenza” u “konsulent” jew termini simili meta s-servizzi ta’ konsulenza jiġu kkummerċjalizzati u pprovduti lill-konsumaturi minn kredituri jew fejn applikabbli, minn intermedjarji tal-kreditu. Fejn l-Istati Membri ma jipprojbixxux l-użu tat-termini “konsulenza” u “konsulent” jew termini simili, huma għandhom jimponu l-kundizzjonijiet li ġejjin fuq l-użu tat-terminu “konsulenza indipendenti” jew “konsulent indipendenti” minn kredituri u intermedjarji tal-kreditu li jagħtu servizzi ta’ konsulenza:
(a)
il-kredituri u, fejn applikabbli, l-intermedjarji tal-kreditu għandhom iqisu għadd kbir biżżejjed ta’ ftehimiet ta’ kreditu disponibbli fis-suq; u
(b)
l-intermedjarji tal-kreditu ma għandhomx jitħallsu għas-servizzi ta’ konsulenza minn kreditur wieħed jew aktar. Il-punt (b) tat-tieni subparagrafu għandu japplika biss meta l-għadd ta’ kredituri meqjusa jkun inqas minn maġġoranza tas-suq. L-Istati Membri jistgħu jimponu rekwiżiti aktar stretti għall-użu tat-termini “konsulenza indipendenti” jew “konsulent indipendenti” mill-kredituri u, fejn applikabbli, mill-intermedjarji tal-kreditu. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|