+Artikolu 18 Obbligu li tiġi vvalutata l-affidabbiltà kreditizja tal-konsumatur
---+Artikolu 18 1.
---+Artikolu 18 2.
---+Artikolu 18 3.
---+Artikolu 18 4.
---+Artikolu 18 5.
---+Artikolu 18 6.
---+Artikolu 18 7.
---+Artikolu 18 8.
---+Artikolu 18 9.
---+Artikolu 18 10.
---+Artikolu 18 11.
|
Artikolu 18 Obbligu li tiġi vvalutata l-affidabbiltà kreditizja tal-konsumatur
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 18 1.
|
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li, qabel il-konklużjoni ta’ ftehim ta’ kreditu, il-kreditur iwettaq valutazzjoni bir-reqqa tal-affidabbiltà kreditizja tal-konsumatur. Dik il-valutazzjoni għandha ssir fl-interess tal-konsumatur, biex jiġu evitati prattiki ta’ self irresponsabbli u dejn eċċessiv, u għandha tqis kif xieraq il-fatturi rilevanti għall-verifika tal-prospett li l-konsumatur jissodisfa l-obbligi tiegħu skont il-ftehim ta’ kreditu.
|
|
Artikolu 18 2.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-intermedjarji tal-kreditu jippreżentaw b’mod preċiż l-informazzjoni neċessarja miksuba mill-konsumatur lill-kreditur rilevanti f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/679 sabiex il-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tkun tista’ titwettaq.
|
|
Artikolu 18 3.
|
Il-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja għandha titwettaq abbażi ta’ informazzjoni rilevanti u preċiża dwar l-introjtu u l-ispejjeż tal-konsumatur u ċirkostanzi finanzjarji u ekonomiċi oħra li hija meħtieġa u proporzjonata għan-natura, id-durata, il-valur u r-riskji tal-kreditu għall-konsumatur. Dik l-informazzjoni tista’ tinkludi evidenza ta’ dħul jew sorsi oħra ta’ ħlas lura, informazzjoni dwar assi u obbligi finanzjarji, jew informazzjoni dwar impenji finanzjarji oħra. Dik l-informazzjoni ma għandhiex tinkludi kategoriji speċjali ta’ data msemmija fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) 2016/679. L-informazzjoni għandha tinkiseb minn sorsi interni jew esterni rilevanti, inkluż il-konsumatur u, fejn meħtieġ, abbażi ta’ konsultazzjoni ta’ bażi ta’ data msemmija fl-Artikolu 19 ta’ din id-Direttiva. In-networks soċjali ma għandhomx jitqiesu bħala sors estern għall-fini ta’ din id-Direttiva. L-informazzjoni miksuba f’konformità ma’ dan il-paragrafu għandha tiġi vverifikata kif xieraq, fejn meħtieġ permezz ta’ referenza għal dokumentazzjoni verifikabbli b’mod indipendenti.
|
|
Artikolu 18 4.
|
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-kreditur jistabbilixxi proċeduri għall-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 u li jiddokumenta u jżomm tali proċeduri. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu wkoll li l-kreditur jiddokumenta u jżomm l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3.
|
|
Artikolu 18 5.
|
Jekk l-applikazzjoni ta’ kreditu tiġi ppreżentata b’mod konġunt minn aktar minn konsumatur wieħed, il-kreditur għandu jwettaq il-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja abbażi tal-kapaċità konġunta ta’ ħlas lura tal-konsumaturi.
|
|
Artikolu 18 6.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kreditur jagħmel il-kreditu disponibbli għall-konsumatur biss meta r-riżultat tal-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja jindika li l-obbligi li jirriżultaw mill-ftehim ta’ kreditu x’aktarx li jiġu ssodisfati kif meħtieġ skont dak il-ftehim, b’kont meħud tal-fatturi rilevanti kif imsemmi fil-paragrafu 1.
|
|
Artikolu 18 7.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta kreditur jikkonkludi ftehim ta’ kreditu ma’ konsumatur, il-kreditur ma għandux sussegwentement jikkanċella jew jimmodifika l-ftehim ta’ kreditu għad-detriment tal-konsumatur għar-raġunijiet li l-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja twettqet b’mod skorrett. Dan il-paragrafu ma għandux japplika fejn jintwera li l-konsumatur b’mod konxju żamm jew iffalsifika l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 mogħtija lill-kreditur.
|
|
Artikolu 18 8.
|
Meta l-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja tinvolvi l-użu ta’ pproċessar awtomatizzat ta’ data personali, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsumatur ikollu d-dritt li jitlob u jikseb mingħand il-kreditur intervent uman, li jikkonsisti fid-dritt li:
(a)
jitlob u jikseb mill-kreditur spjegazzjoni ċara u komprensibbli tal-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja, inkluż dwar il-loġika u r-riskji involuti fl-ipproċessar awtomatizzat ta’ data personali kif ukoll is-sinifikat u l-effetti tiegħu fuq id-deċiżjoni;
(b)
jesprimil-fiehma proprja tal-konsumatur mal-kreditur; u
(c)
jitlob rieżami tal-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja u d-deċiżjoni dwar l-għoti tal-kreditu mill-kreditur.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsumatur ikun infurmat bid-dritt kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu.
|
|
Artikolu 18 9.
|
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn l-applikazzjoni għall-kreditu tiġi miċħuda, il-kreditur ikun meħtieġ jinforma lill-konsumatur mingħajr dewmien dwar ir-rifjut u, fejn rilevanti, jirreferi lill-konsumatur għal servizzi ta’ konsulenza dwar id-dejn li huma aċċessibbli faċilment. Fejn applikabbli, il-kreditur għandu jkun meħtieġ jinforma lill-konsumatur dwar il-fatt li l-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja hija bbażata fuq ipproċessar awtomatizzat tad-data u dwar id-dritt tal-konsumatur għal valutazzjoni umana u l-proċedura għall-kontestazzjoni tad-deċiżjoni.
|
|
Artikolu 18 10.
|
Meta l-partijiet jaqblu li jibdlu l-ammont totali ta’ kreditu wara l-konklużjoni tal-ftehim ta’ kreditu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kreditur ikun meħtieġ li jivvaluta mill-ġdid l-affidabbiltà kreditizja tal-konsumatur abbażi ta’ informazzjoni aġġornata qabel ma tingħata kwalunkwe żieda sinifikanti fl-ammont totali ta’ kreditu.
|
|
Artikolu 18 11.
|
L-Istati Membri jistgħu jirrikjedu li l-kredituri jivvalutaw l-affidabilità kreditizja tal-konsumaturi fuq il-bażi ta’ konsultazzjoni tal-bażi ta’ data rilevanti. Madankollu, il-valutazzjoni tal-affidabbiltà kreditizja ma għandhiex tkun ibbażata esklużivament fuq l-istorja tal-kreditu tal-konsumatur.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.10.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023L2225
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|