+Artikolu 24 Faċilitajiet ta’ overdraft
---+Artikolu 24 1.
---+Artikolu 24 2.
---+Artikolu 24 3.
---+Artikolu 24 4.
---+Artikolu 24 5.
|
Artikolu 24 Faċilitajiet ta’ overdraft
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 24 1.
|
Meta kreditu jkun ingħata fil-forma ta’ faċilità ta’ overdraft, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-kreditur, tul iż-żmien kollu tal-ftehim ta’ kreditu, iżomm lill-konsumatur infurmat regolarment, mill-inqas darba fix-xahar, permezz ta’ rendikonti, fuq karta jew b’mezz durabbli ieħor speċifikat fil-ftehim ta’ kreditu, li jkun fihom l-elementi li ġejjin:
(a)
il-perjodu preċiż li għalih jirreferi r-rendikont;
(b)
l-ammonti u d-dati ta’ ġbid ta’ kreditu;
(c)
il-bilanċ mir-rendikont preċedenti, u d-data tiegħu;
(e)
id-dati u l-ammonti tal-ħlasijiet magħmula mill-konsumatur;
(f)
ir-rata tas-self applikata;
(g)
kwalunkwe imposta li ġiet applikata;
(h)
fejn applikabbli, l-ammont minimu li għandu jitħallas mill-konsumatur.
|
|
Artikolu 24 2.
|
Meta kreditu jkun ingħata fil-forma ta’ faċilità ta’ overdraft, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-kreditur jinforma lill-konsumatur, fuq karta jew b’mezz durabbli ieħor speċifikat fil-ftehim ta’ kreditu, b’żidiet fir-rata tas-self jew fi kwalunkwe imposta pagabbli, fi żmien xieraq qabel ma tidħol fis-seħħ il-bidla inkwistjoni. B’deroga mill-ewwel subparagrafu, l-informazzjoni msemmija f’dak is-subparagrafu tista’ tingħata perjodikament bil-mod previst fil-paragrafu 1 meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
(a)
il-partijiet ikunu qablu dwar tali informazzjoni perjodika fil-ftehim ta’ kreditu;
(b)
il-bidla fir-rata tas-self tkun ikkawżata minn bidla fir-rata ta’ referenza;
(c)
ir-rata ta’ referenza l-ġdida ssir disponibbli għall-pubbliku b’mezzi xierqa;
(d)
l-informazzjoni dwar ir-rata ta’ referenza l-ġdida tkun disponibbli wkoll:
(ii)
meta l-kreditur ikollu sit web, fuq dak is-sit web; u
(iii)
meta l-kreditur ikollu applikazzjoni għall-apparati mobbli, permezz ta’ dik l-applikazzjoni.
|
|
Artikolu 24 3.
|
L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-kreditur jinnotifika lill-konsumatur b’mod miftiehem dwar kull tnaqqis jew kanċellazzjoni tal-faċilità ta’ overdraft mill-inqas 30 jum qabel il-jum meta t-tnaqqis jew il-kanċellazzjoni attwali tal-faċilità ta’ overdraft tidħol fis-seħħ.
|
|
Artikolu 24 4.
|
Fejn il-faċilità ta’ overdraft titnaqqas jew tiġi kkanċellata, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-kreditur joffri lill-konsumatur, qabel ma jkunu nbdew il-proċedimenti ta’ infurzar, mingħajr spejjeż addizzjonali, il-possibbiltà li jħallas lura l-ammont fil-fatt miġbud sal-limitu ta’ dak it-tnaqqis jew ta’ dik il-kanċellazzjoni. Tali ħlas lura għandu jsir fi 12-il pagament rateali mensili ugwali sakemm il-konsumatur ma jagħżilx li jħallas lura aktar kmieni, bir-rata tas-self applikabbli għall-faċilità ta’ overdraft.
|
|
Artikolu 24 5.
|
L-Istati Membri jistgħu jżommu jew jadottaw dispożizzjonijiet aktar stretti dwar kwistjonijiet relatati mal-protezzjoni tal-konsumaturi li jkollhom faċilità ta’ overdraft minbarra dawk imsemmija f’dan l-Artikolu, f’konformità mad-dritt tal-Unjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 30.10.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023L2225
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|