|
+Artikolu 24 1. |
Artikolu 24 1.Meta kreditu jkun ingħata fil-forma ta’ faċilità ta’ overdraft, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-kreditur, tul iż-żmien kollu tal-ftehim ta’ kreditu, iżomm lill-konsumatur infurmat regolarment, mill-inqas darba fix-xahar, permezz ta’ rendikonti, fuq karta jew b’mezz durabbli ieħor speċifikat fil-ftehim ta’ kreditu, li jkun fihom l-elementi li ġejjin:
(a)
il-perjodu preċiż li għalih jirreferi r-rendikont;
(b)
l-ammonti u d-dati ta’ ġbid ta’ kreditu;
(c)
il-bilanċ mir-rendikont preċedenti, u d-data tiegħu;
(d)
il-bilanċ il-ġdid;
(e)
id-dati u l-ammonti tal-ħlasijiet magħmula mill-konsumatur;
(f)
ir-rata tas-self applikata;
(g)
kwalunkwe imposta li ġiet applikata;
(h)
fejn applikabbli, l-ammont minimu li għandu jitħallas mill-konsumatur. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|