|
+Artikolu 32 1. |
Artikolu 32 1.L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-kreditur u l-intermedjarju tal-kreditu jaġixxu b’mod onest, ġust, trasparenti u professjonali u jqisu d-drittijiet u l-interessi tal-konsumaturi meta jwettqu kwalunkwe waħda mill-attivitajiet li ġejjin:
(a)
il-manifattura ta’ prodotti ta’ kreditu;
(b)
ir-reklamar ta’ prodotti ta’ kreditu f’konformità mal-Artikoli 7 u 8;
(c)
l-għoti, l-intermedjazzjoni jew l-iffaċilitar tal-għoti ta’ kreditu;
(d)
l-għoti ta’ servizzi ta’ konsulenza;
(e)
il-provvista ta’ servizzi anċillari lill-konsumaturi;
(f)
l-eżekuzzjoni ta’ ftehim ta’ kreditu. L-attivitajiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punti (c) u (d), għandhom ikunu bbażati fuq informazzjoni dwar iċ-ċirkostanzi tal-konsumatur u kwalunkwe rekwiżit speċifiku kkomunikat minn konsumatur u fuq suppożizzjonijiet raġonevoli dwar ir-riskji għas-sitwazzjoni tal-konsumatur matul id-durata kollha tal-ftehim ta’ kreditu. L-attivitajiet imsemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (d) għandhom ikunu bbażati wkoll fuq l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 16(3), il-punt (a). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|